Destiny Chukunyere
Destiny Chukunyere | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Birkirkara, 29 Awwissu 2002 (22 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
L-ewwel lingwa | Malti |
Familja | |
Missier | Ndubisi Chukunyere |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Ingliż Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kantant |
Parteċipant | |
Premjijiet | |
Moviment artistiku | mużika pop |
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Destiny Chukunyere M.Q.R. (imwielda Birkirkara fid-29 ta' Awwissu 2002) hija kantanta Maltija. Hija rebħet il-Junior Eurovision Song Contest 2015, fejn irrappreżentat lil Malta bil-kanzunetta “Not My Soul”.
Fl-2017, ipparteċipat fil-ħdax-il serje ta' Britain's Got Talent u spiċċat fis-6 post fit-tieni semi-finali u b’hekk ġiet eliminata. Hija rebħet it-tieni staġun tal-verżjoni Maltija ta’ The X Factor u ntgħażlet biex tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2020 f'Rotterdam bil-kanzunetta “All of My Love” madankollu l-konkors ġie kkanċellat minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Minflok, Destiny irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2021, din id-darba bil-kanzunetta “Je me casse”, fejn spiċċat fis-7 post b’255 punt.
Ħajja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Chukunyere twieled fid-29 ta' Awwissu 2002. Tgħix Birkirkara u attendiet skola sekondarja fil-Ħamrun.[1] Missierha huwa Niġerjan (Igbo[2]) eks futboler Ndubisi Chukunyere, filwaqt li ommha hija Maltija.[3] Hija għandha żewġ aħwa iżgħar; oħtha jisimha Melody u ħuha jismu Isaija.[4]
Stil mużikali u influwenzi
[immodifika | immodifika s-sors]Chukunyere semmiet lil Aretha Franklin, Beyoncé u Lizzo bħala l-akbar idoli u ispirazzjonijiet tagħha.
Diskografija
[immodifika | immodifika s-sors]Singles
[immodifika | immodifika s-sors]Titolu | Sena | L-ogħla pożizzjonijiet taċ-ċart | Album | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
MAL[5] | BEL (FL) [6] | IRE[7] | NLD[8] | SWE[9] | SWI[10] | UK Down.[11] | |||
"All of My Love" (ma' B-Ok) | 2020 | — | — | — | — | — | — | — | Non-album singles |
"Je me casse" | 2021 | 1 | 48 | 79[12] | 36 | 31 | 83 | 41 | |
"—" tindika oġġetti li ma ġewx rilaxxati f'dak il-pajjiż jew li naqsu milli jitfasslu. |
Singles promozzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Titlu | Sena | Album |
---|---|---|
"Festa t'Ilwien" | 2014 | Non-album singles |
"Ħaddnu" | 2016 | |
"Ħajja Mgħaġġla (Ladidadi)" |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Who is Destiny Chukunyere?". TVM. Arkivjat minn l-oriġinal fl-4 March 2016.
- ^ "Nigerian Igbo tribe presents Destiny with recognition award". Oikotimes. 2 January 2016. Arkivjat minn l-oriġinal fl-5 March 2016.
- ^ Cremona, George (12 July 2015). ""Xħin rebħet binti, aġixxejt qisni rbaħt logħba futbol" – Ndubisi Chuckunyere" (bil-Malti). Newsbook. Arkivjat minn l-oriġinal fl-4 March 2016.
- ^ Zammit, Mark Lawrence (19 October 2016). "RITRATT: L-ewwel ritratt ta' Melody, oħt Destiny Chukunyere" (bil-Malti). Xarabank. Arkivjat minn l-oriġinal fl-18 November 2016.
- ^ "Malta - Radio Airplay Chart (13/05/2021 - 20/05/2021)". Radiomonitor. Miġbur 16 April 2021.
- ^ "Discografie Destiny" (bl-Olandiż). Ultratop. Miġbur 31 May 2021.
- ^ "Discography Destiny". irish-charts.com. Miġbur 29 May 2021.
- ^ "Discografie Destiny". dutchcharts.nl. Miġbur 29 May 2021.
- ^ "Veckolista Singlar, vecka 21". Sverigetopplistan. Miġbur 28 May 2021.
- ^ "Discographie Destiny". hitparade.ch (bil-Ġermaniż). Miġbur 31 May 2021.
- ^ "Official Singles Downloads Chart: 28 May 2021 – 3 June 2021". Official Charts Company. Miġbur 29 May 2021.
- ^ "IRMA – Irish Charts". Irish Recorded Music Association. Miġbur 29 May 2021.
Predeċessur Michela Pace |
Malta fil-Festival tal-Eurovision (2020) + 2021 |
Suċċessur |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Destiny Chukunyere (Destiny Chukunyere) |