Emma Muscat

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Emma Muscat
Ħajja
Isem propju Emma Louise Marie Muscat
Twelid San Ġiljan, 27 Novembru 1999 (24 sena)
Nazzjonalità Malta
L-ewwel lingwa Malti
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Taljan
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantawtur
pjanist
mudell
Parteċipant
Piż 58 kg
Għoli 170 cm
Moviment artistiku mużika pop
Tikketta tar-reġistrazzjoni Warner Music Group

Emma Louise Marie Muscat (twieldet fis-27 ta' Novembru 1999) hija kantanta u mudella Maltija li spiss taħdem fl-Italja.

Ħajja bikrija u karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Imwielda f'Malta f'familja sinjura[1], Emma saret midħla tal-mużika minn età bikrija. Wara l-edukazzjoni obbligatorja, iddeċidiet li tattendi l-Università tal-Arti tal-Ispettaklu. Bħala adolexxenti wriet it-talent u l-kapaċitajiet tagħha fil-kant, fiż-żfin, u fl-użu tal-istrumenti mużikali. B'mod partikolari, hija speċjalizzat fil-pjanu, u bdiet ukoll tikkomponi l-mużika u l-lirika tal-kanzunetti tagħha.

Fl-2016 hija rrilaxxat l-ewwel single tagħha "Alone" fuq l-kanal tal-YouTube tagħha u iktar 'il quddiem, fl-2017, irrilaxxat it-tieni single tagħha "Without You".[2]

Fl-2018 ipparteċipat fis-sbatax-il edizzjoni tat-talent show televiżiv Amici di Maria De Filippi, u rnexxielha tasal tal-fażi finali tal-programm magħrufa bħala l-fase serale fejn ġiet eliminata fis-semifinali. Hija spiċċat fir-raba' post fil-kategorija tal-kant u ngħatat kuntratt ma' Warner Music Italy.[3] Wara l-esperjenza tagħha f'Amici, hija pparteċipat fl-"Isle of MTV 2018" ma' Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala u mbagħad reġgħet ħadet sehem is-sena ta' wara flimkien ma' Martin Garrix, Bebe Rexha u Ava Max.[4] Iktar 'il quddiem, fil-kunċert annwali ta' Joseph Calleja f'Malta, għamlet duwett mat-tenur Malti u ma' Eros Ramazzotti.[5] Fis-6 ta' Lulju hija rrilaxxat l-ewwel EP tagħha bit-titlu Moments, li kien fih ukoll iż-żewġ singles li kienet irrilaxxat preċedentement fuq YouTube. L-EP ġie antiċipat mis-single "I Need Somebody", li ġiet irrilaxxata fit-2 ta' Lulju. Fis-7 ta' Diċembru tal-istess sena, hija rrilaxxat l-ewwel album tagħha rreġistrat fi studjo bit-titlu Moments Christmas Edition b'covers ta' bosta kanzunetti klassiċi tal-Milied. Fis-16 ta' Novembru 2018 kantat f'duwett mar-rapper Taljan Shade fil-kanzunetta Figurati noi.[6]

Fis-26 ta' April 2019 hija rrilaxxat l-ewwel single tagħha Avec moi, b'siltiet mid-diska kantati minn Biondo, li kellha relazzjoni ta' xi sena u nofs miegħu waqt u wara l-programm ta' Amici.[7] Fl-14 ta' Novembru 2019 hija pparteċipat fir-remix tal-hit "Sigarette" tar-rapper Junior Cally. Fl-10 ta' Diċembru rrilaxxat is-single "Vicolo Cieco"; wara r-rilaxx tal-kanzunetta, f'intervista ddikjarat li kienet se tkun l-ewwel estratt mill-album il-ġdid tagħha. Fit-3 ta' Lulju 2020 hija rrilaxxat is-single sajfi tagħha Sangria mar-rapper Taljan Astol, li ġiet iċċertifikata bħala diska tad-deheb fl-Italja u li laħqet il-21 miljun stream fuq YouTube.[8]

Festival tal-Eurovision 2022[immodifika | immodifika s-sors]

Muscat ressqet kanzunetta biex tieħu sehem fil-Malta Eurovision Song Contest 2022 fi Frar 2022.[9] Il-kanzunetta "Out of Sight" wasslitha biex tirbaħ il-kompetizzjoni b'total ta' 92 punt, u b'hekk kisbet id-dritt li tirrappreżenta lil pajjiżha fil-Festival tal-Eurovision 2022 f'Torino, l-Italja.[10] Hija rebħet il-vot tal-ġurija kif ukoll dak tal-pubbliku. Emma ngħatat 12-il punt mis-sitt membri kollha tal-ġurija nazzjonali Maltija, kif ukoll 20 punt mill-pubbliku bit-televotazzjoni.[11] Fl-14 ta' Marzu 2022, ġiet irrilaxxata kanzunetta ġdida, bit-titlu "I Am What I Am", li se tissostitwixxi l-kanzunetta "Out of Sight" fil-Festival tal-Eurovision 2022 fl-Italja.[12][13]

Familja[immodifika | immodifika s-sors]

Emma Muscat hija parti mill-familja li hija l-fundatur u s-sid ta' Muscat's Universal Limited, kumpanija bbażata fil-Belt Valletta li tispeċjalizza fl-ilbies għan-nisa tqal, għat-trabi u għat-tfal.[14][15]

Diskografija[immodifika | immodifika s-sors]

Albums irreġistrati fi studjo[immodifika | immodifika s-sors]

Lista ta' albums, b'għażla ta' pożizzjonijiet u ċertifikazzjonijiet
Titlu Dettalji tal-albums Pożizzjoni
ITA
Moments Christmas Edition
  • Rilaxx: is-7 ta' Diċembru 2018
  • Tikketta: Warner Music Italy
  • Format: CD, tniżżil diġitali, streaming
47

EPs[immodifika | immodifika s-sors]

Lista ta' EPs, b'għażla ta' pożizzjonijiet u ċertifikazzjonijiet
Titlu Dettalji tal-EPs Pożizzjoni
ITA
Moments
  • Rilaxx: is-6 ta' Lulju 2018
  • Tikketta: Warner Music Italy
  • Format: CD, tniżżil diġitali, streaming
3

Singles[immodifika | immodifika s-sors]

Bħala artista ewlenija[immodifika | immodifika s-sors]

Lista ta' singles, b'għażla ta' pożizzjonijiet u ċertifikazzjonijiet
Single Sena Pożizzjoni Ċertifikazzjonijiet Album jew EP
ITA
"I Need Somebody" 2018 Moments
"Avec Moi" (feat. Biondo) 2019 81 Singles mhux f'album
"Vicolo Cieco"
"Sangria" (feat. Astol) 2020 58
  • FIMI: Diska tad-Deheb
"Meglio di sera" (feat. Álvaro de Luna & Astol) 2021 55[16]
  • FIMI: Diska tad-Deheb
"Più di te"
"Out of Sight" 2022
"I Am What I Am"
"—" tfisser li s-singles ma kklassifikawx jew ma ġewx rilaxxati.

Bħala artista f'"feat."[immodifika | immodifika s-sors]

Lista ta' singles, b'għażla ta' pożizzjonijiet u ċertifikazzjonijiet
Single Sena Pożizzjoni Ċertifikazzjonijiet Album jew EP
ITA
"Figurati noi" (Shade feat. Emma Muscat) 2018 41 Truman
"Sigarette Remix" (Junior Cally feat. Emma Muscat) 2019 Single mhux f'album
"—" tfisser li s-singles ma kklassifikawx jew ma ġewx rilaxxati.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Emma Muscat" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-20.
  2. ^ Urpani, David Grech (2017-12-18). "The Story Of Emma Muscat, The 18-Year-Old University Student Turned Overnight-Superstar". Lovin Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-20.
  3. ^ "She's out: Emma Muscat eliminated from 'Amici' - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2022-03-20.
  4. ^ "Emma Muscat to hit the Isle of MTV stage - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2022-03-20.
  5. ^ "Emma Muscat to sing alongside Joseph Calleja and Eros Ramazzotti". MaltaToday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-20.
  6. ^ ""Figurati noi", Shade ed Emma Muscat insieme sotto il segno dell'internazionalità - RECENSIONE" (bit-Taljan). Miġbur 2022-03-20.
  7. ^ francy279 (2019-04-25). "Intervista con Emma Muscat e Biondo, per la prima volta insieme nel singolo "Avec Moi": "E' un invito a spegnere tutto, a staccarsi dai social e concentrarsi sulla vita reale"" (bit-Taljan). Miġbur 2022-03-20.
  8. ^ Azzopardi, Jean Paul (2020-12-09). "Maltese Starlet Emma Muscat's Latest Single Has Been Given The Gold Certification". Lovin Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-20.
  9. ^ Diacono, Tim (2021-12-29). "Emma Muscat Takes Eurovision Plunge As She Submits Song For Malta Contest". Lovin Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-20.
  10. ^ minn Andrea Rossitto. "Emma Muscat tirbaħ il-Malta Eurovision Song Contest" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-20.
  11. ^ "Emma Muscat to represent Malta at Eurovision Song Contest - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2022-03-20.
  12. ^ "Emma Muscat has released her new Eurovision 2022 song "I Am What I Am"" (bl-Ingliż). 2022-03-14. Miġbur 2022-03-20.
  13. ^ "Malta: Emma Muscat will sing "I AM WHAT I AM" at Eurovision 2022". wiwibloggs (bl-Ingliż). 2022-03-14. Miġbur 2022-03-20.
  14. ^ "MUSCAT'S UNIVERSAL LIMITED | ICIJ Offshore Leaks Database". offshoreleaks.icij.org. Miġbur 2022-03-20.
  15. ^ "MUSCAT'S UNIVERSAL LIMITED - CLOTHING AND PRODUCTS FOR PREGNANT WOMEN AND BABIES (RETAIL), CHILDREN'S CLOTHING (RETAIL), SHOPPING CENTRES AND LARGE STORES, Valletta - Muscat S Universal Limited in Valletta - TEL: 21332... - MT100044806 - Local Infobel.MT". local.infobel.com.mt. Miġbur 2022-03-20.
  16. ^ "Classifiche - FIMI". www.fimi.it (bit-Taljan). Miġbur 2022-03-20.
Predeċessur
Destiny
Malta fil-Festival tal-Eurovision
2022

Suċċessur
The Busker