Dante Bonfim Costa Santos
| | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Dante Bonfim Costa Santos | ||
| Twelid | 18 ta' Frar 1983 Salvador, Brażil | ||
| Tul | 1.89 m | ||
| Rwol | Difensur ċentrali | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb attwali | Nice | ||
| Numru | 4 | ||
| Mixtliet | |||
| 1998 | Catuense Futebol SA | ||
| 1999 | Galícia Esporte Clube | ||
| 2000 | Capivariano FC | ||
| 2001 | Esporte Clube Juventude | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 2002–2004 | Juventude | ||
| 2004–2006 | Lille | ||
| 2006–2007 | Charleroi | ||
| 2007–2009 | Standard Liège | ||
| 2009–2012 | Borussia Mönchengladbach | ||
| 2012–2015 | Bayern Munich | ||
| 2015–2016 | VfL Wolfsburg | ||
| 2016– | Nice | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 2013–2014 | Brażil | ||
Dante Bonfim Costa Santos (twieled fit-18 ta' Ottubru 1983), komunement magħruf bħala Dante, huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab bħala difensur ma' Nice.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Bayern Munich
[immodifika | immodifika s-sors]Fis-26 ta' April 2012, huwa kien miftiehem li jissieħeb ma Bayern Munich għall-bidu tal-istaġun 2012–13 għas-somma stmata ta' 4.7 miljun ewro.[1] Dante għamel impatt immedjat ma' Bayern fejn beda kull logħba minbarra waħda tal-istaġun 2012–13. Huwa skorja l-ewwel gowl kompetittiv tiegħu għat-tim fir-rebħa komda ta' 5-0 kontra Hannover 96 fl-24 ta' Novembru 2012.[2]
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Dante irċieva l-ewwel sejħa tiegħu għat-tim nazzjonali Brażiljan fil-21 ta' Jannar 2013 mill-kowċ Luiz Felipe Scolari bħala parti mill-iskwadra għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra, fis-6 ta' Frar ġewwa Wembley Stadium.[3] Huwa kien mal-ewwel ħdax fil-logħba, fejn l-Ingilterra rebħu 2-1 wara l-gowls ta' Wayne Rooney u Frank Lampard.[4]
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]Gowls internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]| # | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Gowl | Kompetizzjoni |
|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | 22 ta' Ġunju 2013 | Salvador, Brażil | 1–0 | 4–2 | Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013 | |
| 2 | 16 ta' Novembru 2013 | Miami, Stati Uniti | 2–0 | 4–0 | Logħba ta' ħbiberija | |
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Standard Liège
- L-Ewwel Diviżjoni Belġjana: 2007–08
- Supercup Belġjana: 2008
- Bayern Munich
- Supercup Ġermaniża: 2012
- Bundesliga: 2012–13
- UEFA Champions League: 2012–13
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Dante-Wechsel von Gladbach zu Bayern perfekt". welt.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2012-09-30.
- ↑ "Spielfreudiger FCB demontiert müde 96er". kicker.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2013-01-29.
- ↑ "Felipão chama Ronaldinho e Júlio César para reestreia pela Seleção". globoesporte.globo.com (bil-Portugiż). 2013-01-22. Miġbur 2013-01-22.
- ↑ "England 2-1 Brazil" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2013-02-06. Miġbur 2013-02-07.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- (DE) Dante Bonfim Costa Santos fuq fussballdaten.de
- Dante Bonfim Costa Santos – statistika tal-kampjonat Franċiż fuq LFP