Guillaume Cornelis van Beverloo
Guillaume Cornelis van Beverloo | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Liège, 4 Lulju 1922 |
Nazzjonalità | Renju tan-Netherlands |
Mewt | L'Isle-Adam (en) , 5 Settembru 2010 |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Akkademja Rjali tal-Arti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pittur tipografu skultur artist taċ-ċeramika poeta Illustratur fotografu disinjatur |
Parteċipant
| |
Premjijiet | |
Moviment | COBRA |
Psewdonomu | Beverloo, Corneille Guillaume |
Corneille – Guillaume Cornelis van Beverloo (twieled fit-3 ta’ Lulju 1922 – miet fil-5 ta’ Settembru 2010), magħruf aħjar bil-psewdonimu tiegħu Corneille, kien artist Olandiż.[1]
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Corneille twieled f’Liège, il-Belġju, għalkemm il-ġenituri tiegħu kienu Olandiżi u reġgħu lura fin-Netherlands meta kellu 12-il sena.[2] Huwa studja l-arti fl-Akkademja tal-Arti f’Amsterdam, il-belt kapitali tan-Netherlands. Huwa kien wieħed mill-fundaturi tal-moviment REFLEX fl-1948 u fl-1949 huwa kien ukoll wieħed mill-fundaturi tal-moviment COBRA, li kellu influwenza kbira fuq l-arti Skandinava.[3] Huwa kien attiv fi ħdan il-grupp mill-bidu nett, mhux biss permezz tal-pittura iżda wkoll billi ppubblika l-poeżiji fir-rivista Cobra magazine.[4] Huwa kien kofundatur tal-Experimentele Groep in Holland. Corneille kien ispirat mit-tpinġijiet tat-tfal, u kien jemmen fl-importanza li wieħed jintroduċi l-arti lit-tfal li tkun kollegata b’xi mod mal-esperjenza tagħhom. Meta sema’ matul żjara fil-Mużew COBRA fis-snin 90 tas-seklu 20 li kien hemm it-“Tislif tal-Arti lit-Tfal”, huwa tkellem mal-fundatur Roby Bellemans u staqsa biex jibgħatlu iktar tagħrif f’daru f’Pariġi dwar dan il-proġett. Huwa ddeċieda li jippromwovi l-inizjattiva. Beda b’lista ta’ appoġġ u pperswada lil artisti oħra bħal Shinkichi Tajiri biex jiffirmaw.
Influwenza u stil
[immodifika | immodifika s-sors]Corneille kien influwenzat ferm minn Miró u Klee. Wara x-xoljiment tal-grupp fl-1951, huwa mar jgħix f’Pariġi, Franza, u beda jikkollezzjona l-arti Afrikana. Dawn l-artefatti saru evidenti fix-xogħlijiet tiegħu, li beda jkollhom stil iktar immaġinattiv, bħal pereżempju pajsaġġi mill-għoli, għasafar eżotiċi, u forom stilizzati.[5] Ix-xogħol tiegħu huwa espost fil-kollezzjoni taċ-Ċentru Georges Pompidou.
Sa mewtu Corneille għex u ħadem f’Pariġi, u għamel żjarat lejn Iżrael fejn ħadem ma’ Jaffa Atelier.
Fl-24 ta’ Settembru 2003, kien hemm wirja tax-xogħlijiet stampati tiegħu fil-Mużew ta’ Ramat Gan, Iżrael. Huwa miet f’Auvers-sur-Oise, Franza.[2]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Guillaume Cornelis van Beverloo | History of painting". www.reviewpainting.com. Miġbur 2021-07-03.
- ^ a b "Corneille obituary". the Guardian (bl-Ingliż). 2010-09-08. Miġbur 2021-07-03.
- ^ "ArtNetGallery - A web gallery for contemporary art!!". web.archive.org. 2010-07-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-07-09. Miġbur 2021-07-03.
- ^ "Art-Invest Real Estate | Homepage". Art-Invest Real Estate (bil-Ġermaniż). Miġbur 2021-07-03.
- ^ "Corneille". web.archive.org. 2011-07-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-16. Miġbur 2021-07-03.