Chris Eagles

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Chris Eagles
Informazzjoni personali
Isem sħiħChristopher Mark Eagles
Twelid19 ta' Novembru 1985 (1985-11-19) (38 sena)
Hemel HempsteadIngilterra
Tul1.83 m
RwolMidfilder offensiv
Mixtliet
1998–2000Watford
2000–2003Manchester United
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2008Manchester United
2005Watford (self)
2005Sheffield Wednesday (self)
2006Watford (self)
2006NEC (self)
2008–2011Burnley
2011–2014Bolton Wanderers
2014–2015Blackpool
2015Charlton Athletic
2015–2016Bury
2016–2017Accrington Stanley
2017Port Vale
2017–2018Ross County
2019–2020Oldham Athletic

Christopher Mark Eagles (twieled fid-19 ta' Novembru 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Ingliż.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Bidu tal-karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Oriġinarjament, Eagles kien parti mill-mixtla ta' Watford, fejn fl-età tenera ta' erbatax-il sena hu ngħaqad mal-akkademja ta' Manchester United.

Manchester United[immodifika | immodifika s-sors]

Eagles iddebutta mal-ewwel tim fit-28 ta' Ottubru 2003 bħala sostitut fit-tieni taqsima għal Kieran Richardson fil-ħin supplementari kontra Leeds United fil-kompetizzjoni tal-League Cup.[1]

Eagles ġie msellef lil Watford fil-21 ta' Jannar 2005, fejn irnexxielu jagħmel tlettax-il apparenza u skorja gowl wieħed. Hu kien ukoll misluf lil Sheffield Wednesday għall-ewwel nofs tal-istaġun 2005–06 fejn skorja l-ewwel gowl għal Sheffield Wednesday fid-derby kontra Leeds United.[2] Hu temm il-perjodu ta' self b'total ta' tliet gowls.

Fis-6 ta' Jannar 2006, Eagles kien misluf għal darb'oħra lil Watford, fejn iddebutta kontra Bolton Wanderers fl-FA Cup, fejn il-"Hornets" tilfu 3–0. Fl-ewwel apparenza fil-kampjonat għal Watford kontra Stoke City, hu skorja l-unika gowl għal Watford f'dik il-logħba. Il-gowl rebbieħ fir-rebħa ta' 1–0 kontra Brighton & Hove Albion fit-18 ta' Frar li kien minn madwar 45 metru (kważi mil-linja tan-nofs) — li jixbah ħafna l-gowl ta' David Beckham għal Manchester United kontra Wimbledon madwar għaxar snin qabel — tah l-unur tal-aktar gowl prestiġjuż tal-klabb f'dak l-istaġun.

Minkejja li kien hemm nuqqas ta' midfilders fil-klabb, fil-31 ta' Awissu 2006, Eagles qabel li jagħmel erba' xhur taħt self mat-tim Olandiż ta' NEC Nijmegen, biex jikseb aktar esperjenza.

Fil-21 ta' Diċembru 2006, Eagles iddeċieda li jirritorna lura lejn Manchester United wara li kien qed ibati biex ikun plejer regulari mat-tim ta' NEC Nijmegen.[3] Hu għamel biss 11-il apparenza għal NEC, bil-maġġoranza jkunu bħala sostitut. Fit-13 ta' Marzu 2007, Eagles daħal fit-tieni taqsima għal United f'logħba ta' esebizzjoni f'Old Trafford kontra Europe XI ta' Marcello Lippi.

Fit-28 ta' April 2007, Eagles skorja l-ewwel gowl mal-ewwel tim (fit-93 minuta) għal United fir-rebħa ta' 4-2 kontra Everton wara li daħal bħala sostitut fil-logħba tal-Premier League. Din ir-rebħa tat vantaġġ ta' ħames punti f'ras il-klassifika. Fl-20 ta' Lulju 2007, matul sett ta' logħob ta' ħbiberija li saru fl-Asja bħala preparamenti għall-istaġun li jmiss, hu skorja għal United kontra FC Seoul. Erbat ijiem wara, hu skorja wkoll gowl spettakulari minn madwar 30 metru kontra Shenzhen FC, fejn b'hekk skorja 3 gowls f'5 logħbiet. Fil-partiti li ntlagħbu ta' qabel l-istaġun, Eagles skorja gowl ieħor fejn dan kien il-gowl li kiseb il-pari ta' 1-1 kontra Kaiser Chiefs. Hu beda wkoll mal-ewwel ħdax fil-partita ta' qabel l-istaġun kontra Portsmouth fin-Niġerja, fejn skorja l-gowl tal-ftuħ għal United.

Burnley[immodifika | immodifika s-sors]

Fid-29 ta' Lulju 2008, Eagles iffirma kuntratt ta' tliet snin ma' Burnley.[4] Id-debutt tiegħu wasal kontra Sheffield Wednesday fid-9 ta' Awwissu 2008. Ma' Burnley irnexxielu jirbaħ lura l-promozzjoni lejn il-Premier League.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Leeds 2-3 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2003-10-28. Miġbur 2008-04-20.
  2. ^ "Sheff Wed 1-0 Leeds" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2005-09-13. Miġbur 2008-04-20.
  3. ^ "Man Utd gain work permit for Dong" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-12-06. Miġbur 2008-04-20.
  4. ^ "Burnley sign Eagles from Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-07-29. Miġbur 2008-09-28.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]