Charles J. Scicluna
Charles J. Scicluna | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
13 Novembru 2018 -
20 Awwissu 2016 - ← Mario Grech
27 Frar 2015 - ← Pawlu Cremona Dioceses: Arċidjoċesi ta' Malta
18 Ottubru 2014 - 27 Frar 2015 Dioceses: Arċidjoċesi ta' Malta
6 Ottubru 2012 - 27 Frar 2015 ← Prosper Grech - George Bugeja (en) → Dioceses: San Leone titular see (en)
6 Ottubru 2012 - 27 Frar 2015 Dioceses: Arċidjoċesi ta' Malta | |||||||||||||
Ħajja | |||||||||||||
Twelid | Toronto, 15 Mejju 1959 (65 sena) | ||||||||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||||||||
Grupp etniku | Maltin | ||||||||||||
Edukazzjoni | |||||||||||||
Alma mater | Pontifical Gregorian University (en) | ||||||||||||
Lingwi | Taljan | ||||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||||
Okkupazzjoni |
teologu għalliem fl-università saċerdot Kattoliku Isqof Kattoliku | ||||||||||||
Impjegaturi |
Pontifical Gregorian University (en) Dicastery for the Doctrine of the Faith (en) (13 Novembru 2018 - | ||||||||||||
Premjijiet |
L-Isqof Charles Jude Scicluna (Toronto, il-Kanada, 15 ta’ Mejju 1959) huwa l-Arċisqof ta' Malta u membru fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. Huwa nħatar Arċisqof ta' Malta minn Papa Franġisku fis-27 ta' Frar 2015.
Bin Emanuel u Maria Carmela mwielda Falzon, Charles Jude wasal mal-familja tiegħu Malta fl-1960 u għal diversi snin kien joqgħod Ħal Qormi sakemm mar joqgħod Ħal Lija fl-1976.
Studji
[immodifika | immodifika s-sors]Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja San Sebastjan, Ħal Qormi, fl-Iskola Teknika San Ġużepp, Raħal Ġdid u fil-Kulleġġ Saint Edward’s, fil-Kottonera. Daħal għal kors tal-liġi fl-Università ta' Malta fl-1976 u iggradwa avukat fl-1984. Wara l-formazzjoni meħtieġa fis-Seminarju Maġġuri u l-Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali mill-Fakultà tat-Teoloġija, Tal-Virtù, ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Ġużeppi Mercieca, fil-11 ta’ Lulju 1986.
Fl-istess sena Mons. Scicluna ntbagħat jistudja id-Dritt Kanoniku ġewwa l-Pontificia Università Gregoriana, f’Ruma u kiseb id-Dottorat fid-Dritt Kanoniku bi speċjalizazzjoni fil-Ġurisprudenza fl-1991.
Ħidma fil-Knisja
[immodifika | immodifika s-sors]Wara l-istudji f’Ruma Mons Scicluna ħadem fuq it-Tribunal Metropolitan ta’ Malta bhala Difensur taż-Żwieg u kien ukoll lecturer fit-Teoloġija Pastorali u fid-Dritt Kanoniku fl-Università ta’ Malta. Wettaq ħidma pastorali fil-parroċċi ta’ Ħ’Attard, San Girgor, Sliema, u fl-Iklin, Lija. Kien Viċi-Rettur tas-Seminarju Maġġuri bejn l-1994 u l-1995.
Fl-1995 ġie msejjaħ biex jaħdem fil-Vatikan fuq it-Tribunal Suprem tas-Sinjatura Apostolika bħala Promotur tal-Ġustizzja Sostitut.
Fl-1996 ġie nominat Postulatur fil-kawza tal-beatifikazzjoni u tal-kanonizzazjoni ta’ Dun Ġorġ Preca.
F’Ottubru 2002 Mons. Scicluna inħatar Promotur tal-Gustizzja fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi bil-mandat li jinvestiga u jkun prosekutur fuq il-każi l-iżjed gravi riżervati lill-Kongregazzjoni. Vjaġġa ħafna biex jagħti seminars dwar il-protezzjoni tal-minuri f’diversi komunitajiet lokali fl-Ewropa, fl-Asja, fl-Afrika, fl-Amerika u fl-Awstralja.
Mons. Scicluna kien lecturer fil-proċedura penali fil-Pontificia Università Gregoriana u kien jgħin bħala kappillan tas-Sorijiet ta’ Santa Briġida (Piazza Farenese, Ruma) u bħala konfessur fil-Venerabbli Kulleġġ Ingliż.
Isqof
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-24 ta' Novembru 2012 huwa kien ikkonsagrat Isqof mill-Arċisqof Pawlu Cremona. Huwa Isqof Titulari ta' Leone, u Isqof Awżiljarju ta' Pawlu Cremona.
Sitt ijiem wara huwa ntgħażel mill-Vatikan biex jagħmel ħames snin oħra fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.
F'April 2014 tqabbad mill-Vatikan biex jiġbor ix-xhieda tal-kleru f'allegati abbużi li saru fid-djoċesi Skoċċiża ta' St Andrews and Edinburgh.
Fit-18 ta' Ottubru 2014, inħatar Amministratur Appostoliku minn Papa Franġisku, responsabbli mit-tmexxija tal-Arċidjocesi sakemm jinħatar Arċisqof ġdid wara r-riżenja ta' Mons. Pawlu Cremona.
F'Jannar 2015, inħatar President ta’ Kulleġġ Speċjali fi ħdan il-Vatikan li se jistudja l-appelli dwar offiżi serji minn reliġjużi. Il-Kulleġġ immexxi mill-Isqof Scicluna se jkollu erba' Kardinali u żewġ Isqfijiet bħala membri, li se jistudjaw l-appelli imressqa quddiem il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.
Arċisqof
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa nħatar Arċisqof ta' Malta minn Papa Franġisku fis-27 ta' Frar 2015. Huwa għamel l-Ingress solenni tiegħu fil-Katidral tal-Imdina fil-21 ta' Marzu 2015.
L-Isqof Scicluna jidher spiss fuq it-televiżjoni Maltija u xi drabi anke dik barranija u għandu blogg. B'differenza miż-żewġ predeċessuri tiegħu, huwa jesprimi ruħu fuq diversi temi. Fir-Referendum tal-Kaċċa tal-2015 huwa esprima l-fehma tiegħu kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Fil-kwistjoni tal-Iskema proposta mill-Gvern fejn barranin jixtru ċ-ċittadinanza huwa wera wkoll in-nuqqas ta' qbil tiegħu.
Ħoloq Esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Predeċessur Pawlu Cremona |
Arċisqof ta' Malta 2015– |
Suċċessur |