Aqbeż għall-kontentut

Carl Bosch

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Carl Bosch
Geheimrat

Ħajja
Twelid Köln, 27 Awwissu 1874
Nazzjonalità Reich Ġermaniż
Residenza Villa Bosch
Mewt Heidelberg, 26 April 1940
Post tad-dfin Bergfriedhof
Familja
Missier Carl Friedrich Alexander Bosch
Edukazzjoni
Alma mater Università Teknika ta' Berlin
Università ta' Leipzig
Lingwi Ġermaniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kimiku
inventur
akkademiku
inġinier
scientific collector (en) Translate
Impjegaturi BASF (en) Translate
IG Farben (en) Translate
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[Premju Nobel għall-Kimika]]
    (1916)
    [[Premju Nobel għall-Kimika]]
    (1920)
    [[Premju Nobel għall-Kimika]]
    (1926)
    [[Premju Nobel għall-Kimika]]
    (1929)
    [[Premju Nobel għall-Kimika]]
    (1930)
    [[Premju Nobel għall-Kimika]]
    (1931)
Sħubija Akkademja tax-Xjenzi Prussjana
Akkademja Ġermaniża tax-Xjenzi Leopoldina
Akkademja għax-Xjenzi u l-Arti ta’ Heidelberg
Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi

Carl Bosch ([kaʁl ˈbɔʃ]; twieled fis-27 ta' Awwissu 1874 – miet fis-26 ta' April 1940) kien kimiku u inġinier Ġermaniż u rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Kimika.[1] Huwa kien pijunier fil-qasam tal-kimika industrijali ta' pressjoni għolja u fundatur ta' IG Farben, li fl-imgħoddi kienet l-ikbar kumpanija kimika fid-dinja.[2]

Ħajja bikrija

[immodifika | immodifika s-sors]

Carl Bosch twieled f'Köln, il-Ġermanja, f'familja ta' fornituri ta' suċċess tal-gass u tal-plumbing.[3] Missieru kien Carl Friedrich Alexander Bosch (1843-1904) u zijuh kien Robert Bosch, li kien pijunier fl-iżvilupp tal-ispark plug u li stabbilixxa l-kumpanija multinazzjonali Bosch. Carl, hu u jipprova jiddeċiedi liema karriera jieħu bejn il-metallurġija jew il-kimika, studja fil-Königlich Technische Hochschule Charlottenburg (li issa hija l-Università Teknika ta' Berlin) u fl-Università ta' Leipzig mill-1892 sal-1898.[4]

Carl Bosch attenda l-Università ta' Leipzig, u hemmhekk studja taħt Johannes Wislicenus[5] sabiex kiseb id-dottorat tiegħu fl-1898 għar-riċerka fil-kimika organika. Wara li spiċċa l-università, fl-1899 beda jaħdem f'impjieg bażiku ma' BASF, li dak iż-żmien kienet l-ikbar azjenda tal-kimiki u tal-koloranti fil-Ġermanja. Mill-1909 sal-1913 huwa ttrasforma d-dimostrazzjoni fuq il-mejda ta' Fritz Haber ta' metodu tal-iffissir tan-nitroġenu bl-użu tal-kimika ta' pressjoni għolja permezz tal-proċess li mbagħad sar magħruf bħala l-proċess ta' Haber-Bosch għall-produzzjoni tan-nitrat sintetiku, proċess li fih bosta applikazzjonijiet industrijali għall-produzzjoni ta' varjetà kważi infinita ta' komposti industrijali, oġġetti tal-konsumatur, u prodotti kummerċjali. Il-kontribut primarju tiegħu kien li jespandi l-iskala tal-proċess, li ppermettiet il-produzzjoni industrijali ta' kwantitajiet kbar ta' nitrat sintetiku. Sabiex jagħmel dan, huwa kellu jibni impjant u tagħmir li jiffunzjonaw b'mod effettiv taħt pressjoni għolja tal-gass u f'temperaturi għoljin.

Bosch irnexxielu wkoll isib katalizzatur iktar prattiku mill-osmju u mill-uranju li kien juża Haber, peress li l-osmju kien riżorsa limitata ħafna u l-uranju kien għali ħafna.[6]

Pittura ta' Hermann Groeber: Der Aufsichtsrat der 1925 gegründeten I.G. Farben AG, Carl Bosch u Carl Duisberg (bilqiegħda fuq quddiem), u Edmund ter Meer (it-tielet persuna mil-lemin bil-gazzetta f'idejh)

Barra minn hekk, kien hemm bosta ostakli wkoll, bħad-disinn ta' kumpressuri kbar u ta' fran industrijali sikuri ta' pressjoni għolja. Kien meħtieġ mezz li bih jiġi pprovdut il-gass tal-idroġenu pur fi kwantità bħala materja prima. Kienu meħtieġa wkoll mezzi rħas u sikuri li kellhom jiġu żviluppati għat-tindif u għall-ipproċessar tal-ammonijaka prodotta. L-ewwel impjant ta' Haber-Bosch fuq skala sħiħa nbena f'Oppau, il-Ġermanja, li issa hija parti minn Ludwigshafen. Malli l-proċess kien komplut, huwa kien kapaċi jissintetizza ammonti kbar ta' ammonijaka, li kienet disponibbli għall-oqsma industrijali u agrikoli. Fil-fatt, din il-produzzjoni żiedet ir-rendimenti agrikoli fid-dinja kollha. Permezz ta' din il-ħidma, huwa rebaħ il-Premju Nobel għall-Kimika fl-1931.[4]

Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, Bosch estenda t-tekniki ta' pressjoni għolja għall-produzzjoni ta' karburant sintetiku permezz tal-proċess ta' Bergius u l-metanol. Fl-1925 Bosch għen biex tiġi stabbilita IG Farben, u kien l-ewwel kap tal-kumpanija. Mill-1935, Bosch kien il-President tal-Bord tad-Diretturi.

Huwa rċieva ċ-Ċurkett ta' Siemens fl-1924 għall-kontributi tiegħu fir-riċerka applikata u għall-appoġġ tiegħu fir-riċerka bażika. Fl-1931 huwa ngħata l-Premju Nobel għall-Kimika flimkien ma' Friedrich Bergius għall-introduzzjoni tal-kimika ta' pressjoni għolja. Illum il-proċess ta' Haber-Bosch jipproduċi 100 miljun tunnellata ta' fertilizzant tan-nitroġenu kull sena.[5]

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Bosch iżżewweġ lil Else Schilback fl-1902. Carl u Else kellhom tifel u tifla flimkien. Bosch, kritiku ta' ħafna politiki Nażisti, gradwalment tneħħa mill-karigi għoljin tiegħu wara li Hitler sar kanċillier, u spiċċa jbati mid-depressjoni u l-alkoħoliżmu. Huwa miet f'Heidelberg.[3]

Il-qabar ta' Carl Bosch f'Heidelberg

Il-proċess ta' Haber-Bosch illum jikkonsma iktar minn wieħed fil-mija tal-produzzjoni tal-enerġija tal-umanità u jitma bejn wieħed u ieħor terz tal-popolazzjoni dinjija.[7] Bħala medja, nofs in-nitroġenu fil-ġisem tal-bniedem jiġi minn sorsi fissi b'mod sintetiku, il-prodott ta' impjant ta' Haber-Bosch.[8] Bosch kien kollezzjonista akkanit ta' insetti, minerali u ħaġar prezzjuż. Il-kollezzjoni tiegħu ta' meteoriti u ta' kampjuni ta' minerali oħra ġiet missellfa lill-Università ta' Yale, u eventwalment inxtrat mill-iSmithsonian.[9][10] Huwa kien astronomu dilettant b'osservatorju privat mgħammar tajjeb. L-asterojde 7414 Bosch ingħatat ismu biex tagħtih ġieħ.[11]

Carl Bosch flimkien ma' Fritz Haber ġew ivvutati mill-membri tal-Istituzzjoni tal-Inġiniera Kimiċi bħala l-iktar inġiniera kimiċi influwenti fid-dinja li qatt eżistew.[12]

Il-proċess ta' Haber-Bosch, li x'aktar huwa l-iktar proċess kimiku magħruf fid-dinja, li jaqbad in-nitroġenu mill-arja u jikkonvertih f'ammonijaka, jikkontribwixxi għall-proċess tar-Rivoluzzjoni Ekoloġika li ilu jitma l-popolazzjoni dinjija li dejjem qed tikber.[13]

Bosch rebaħ ukoll diversi premjijiet, fosthom dottorat onorarju mill-Hochschule Karlsruhe (1918), il-Medalja tal-Mafkar ta' Liebig mill-Assoċjazzjoni tal-Kimiki Ġermaniżi flimkien mal-Medalja ta' Bunsen mis-Soċjetà Ġermaniża ta' Bunsen, iċ-Ċurkett ta' Siemens, u l-Medalja tad-Deheb tal-Mafkar ta' Grashof tal-VDI. Fl-1931 huwa ngħata l-Premju Nobel għall-Kimika għall-kontribut tiegħu fl-invenzjoni ta' metodi kimiċi ta' pressjoni għolja. Huwa rċieva wkoll il-Medjalja ta' Exner mill-Assoċjazzjoni Kummerċjali Awstrijaka u l-Medalja tal-Mafkar ta' Carl Lueg. Bosch kien ukoll membru ta' diversi akkademji xjentifiċi Ġermaniżi u barranin, u tas-Soċjetà ta' Kaiser Wilhelm li sar il-President tagħha fl-1937.[14]

Premjijiet u unuri

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 1931: il-Premju Nobel għall-Kimika
  • 1919: il-Medalja tal-Mafkar ta' Liebig mill-Assoċjazzjoni tal-Kimiki Ġermaniżi
  • 1924: iċ-Ċurkett ta' Werner von Siemens tal-Fondazzjoni Stiftung Werner-von-Siemens-Ring
  • 1932: il-Medalja ta' Wilhelm Exner mill-Assoċjazzjoni Kummerċjali Awstrijaka
  • Il-Medalja ta' Bunsen mis-Soċjetà Ġermaniża ta' Bunsen
  • Il-Medalja tad-Deheb tal-Mafkar ta' Grashof tal-VDI
  • Il-Medalja tal-Mafkar ta' Carl Lueg.
  • Vaclav Smil (2004). Enriching the Earth: Fritz Haber, Carl Bosch, and the Transformation of World Food Production. MIT Press. ISBN 978-0-262-69313-4.
  • Thomas Hager, The Alchemy of Air: A Jewish Genius, a Doomed Tycoon, and the Scientific Discovery That Fed the World but Fueled the Rise of Hitler (2008). ISBN 978-0-307-35178-4.
  • Peter Hayes (1987). "Carl Bosch and Carl Krauch: Chemistry and the Political Economy of Germany, 1925–1945". The Journal of Economic History. 47 (2): 353–363.
  • K. Holdermann (1949). "Carl Bosch und die Naturwissenschaft". Naturwissenschaften. 36 (6): 161–165.
  • Carl Krauch (1940). "Carl Bosch zum Gedächtnis". Angewandte Chemie. 53 (27–28): 285–288.
  • Carl Bosch. Famous Scientists. Human Touch of Chemistry.[15]
  • Carl Bosch. The Nobel Prize in Chemistry 1931. Nobelprize.org.[16]
  1. ^ "The Nobel Prize in Chemistry 1931". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-28.
  2. ^ Hager, Thomas (2006). The Demon under the Microscope. New York: Harmony Books. p. 74. ISBN 978-1-4000-8214-8.
  3. ^ a b Hager, Thomas (2008). The alchemy of air. New York: Harmony Books. ISBN 978-0-307-35178-4.
  4. ^ a b "Chemistry Tree - Carl Bosch Family Tree". academictree.org. Miġbur 2021-08-28.
  5. ^ a b "Carl Bosch | German chemist". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-28.
  6. ^ Bosch, Carl. "The development of the chemical high pressure method during the establishment of the new ammonia industry" (PDF).
  7. ^ Smil, Vaclav (2001). Enriching the earth. Cambridge, Massachusetts: MIT Press. OCLC 61678151.
  8. ^ "BBC World Service - Discovery, Can Chemistry Save The World?, Fixing the Nitrogen Fix". BBC (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-28.
  9. ^ "The Mineralogical Record - Label Archive". web.archive.org. 2006-09-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2006-09-28. Miġbur 2021-08-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ Servos, Kurt (1954). "Meteorites in the Carl Bosch Collection of Minerals Yale University". Geochimica et Cosmochimica Acta. 5 (6): 299–300.
  11. ^ "Amateure am Sternenhimmel". www.kleinplanetenseite.de. Miġbur 2021-08-28.
  12. ^ "Haber and Bosch named top chemical engineers". web.archive.org. 2013-10-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-10-05. Miġbur 2021-08-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ "Chemengers who changed the world". web.archive.org. 2011-03-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-03-20. Miġbur 2021-08-28.
  14. ^ "Famous Scientists - Carl Bosch". archive.is. 2013-06-29. Miġbur 2021-08-28.
  15. ^ "Famous Scientists - Carl Bosch". archive.is. 2013-06-29. Miġbur 2021-08-28.
  16. ^ "The Nobel Prize in Chemistry 1931". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-28.