Aqbeż għall-kontentut

Bruno Pesaola

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Bruno Pesaola
Informazzjoni personali
Isem sħiħBruno Pesaola
Twelid28 ta' Lulju 1925(1925-07-28)
Buenos Aires, Arġentina
Mewt29 ta' Mejju 2015 (89 sena)
Napli, Italja
RwolAttakkant
Mixtliet
1939–1944River Plate
Karriera professjonali
SninKlabb
1945–1946Dock Sud
1947–1950Roma
1950–1952Novara
1952–1960Napoli
1960–1961Genoa
1961–1962Scafatese
Tim nazzjonali
1957Italja
Timijiet ikkowċjati
1962–68Napoli
1968–1971Fiorentina
1972–1976Bologna
1976–1977Napoli
1977–1979Bologna
1979–1980Panathinaikos
1980–1981Siracusa
1982–1983Napoli
1983–1985Puteolana

Bruno Pesaola (twieled fit-28 ta' Lulju 1925 – miet fid-29 ta' Mejju 2015) kien plejer u kowċ tal-futbol Taljan-Arġentin. Hu hu l-aktar famuż għaż-żmien li qatta' ma' Napoli, kemm bħala plejer u kif ukoll bħala kowċ.

Bruno Pesaola beda l-karriera tiegħu mal-klabb taż-żgħażagħ tar-River Plate. F'nofs is-snin erbgħin ingħaqad mat-tim Taljan tar-Roma, fejn iddistingwa ruħu bħala attakkant veloċi u miċidjali. Wara li kien weġġa' t-tibja u l-fibula wara daħla minn avversarju fil-konfront tas-26 ta' Frar 1950 kontra Palermo, Pesaola kellu jħalli 'l-klabb tal-kapital fl-aħħar tal-istaġun.

Għal żewġ staġuni lagħab ma' Novara, fejn jibqa' mfakkar għall-gowl li skorja kontra t-tim tal-Juventus fid-29 ta' April 1951 fir-rebħa ta' 3–1 li kienet l-ewwel rebħa interna tal-klabb kontra t-tim minn Turin għal ħdax-il sena. Wara ngħaqad ma' Napoli, fejn mat-tim ta' Napli sar wieħed mill-plejers simboliċi fit-tmien snin li kien mal-klabb. Bejn l-1953 u l-1960 kien ingħata l-faxxa ta' kaptan tat-tim.

Minkejja li twieled l-Arġentina, hu ddebutta mat-tim nazzjonali Taljan f'Liżbona kontra l-Portugall fir-rebħa ta' 3–0 tas-26 ta' Mejju 1957. Barra minn hekk lagħab sitt logħbiet mat-tim nazzjonali B.

L-ewwel esperjenza tiegħu ta' kowċ kienet ma' Scafatese fejn kopra wkoll ir-rwol ta' plejer. Fl-1962, ġie magħżul biex jissostitwixxi lil Fioravante Baldi bħala l-kowċ il-ġdid ta' Napoli li kienu jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni tas-Serie B. Hu mhux biss irnexxielu jeħles lit-tim minn qiegħ il-klassifika, imma kiseb il-promozzjoni għas-Serie A. Man-Napoli rebaħ l-ewwel Coppa Italia, l-ewwel trofew Ewropew (it-Tazza tal-Alpi tal-1966) u wassalhom għat-tieni post fl-1968. Mal-Fiorentina rebaħ l-ewwel scudetto fl-1968–69, rebaħ Coppa Italia mal-Bologna fl-1974 u man-Napoli (fit-tielet esperjenza tiegħu mal-klabb) salvahom għal darb'oħra minn relegazzjoni ċerta.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]