Arnold Cassola
| Dan l-artiklu dwar persuna u l-politika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
| Arnold Cassola | |||
|---|---|---|---|
|
| |||
21 April 2006 - 28 April 2008 | |||
| Ħajja | |||
| Twelid | Tas-Sliema, 21 Novembru 1953 (72 sena) | ||
| Nazzjonalità |
Malta Italja | ||
| L-ewwel lingwa | Taljan | ||
| Familja | |||
| Missier | Albert M. Cassola | ||
| Edukazzjoni | |||
| Alma mater |
Università ta’ Pisa Università ta' Malta | ||
| Lingwi |
Ingliż Taljan Malti | ||
| Okkupazzjoni | |||
| Okkupazzjoni |
politiku għalliem fl-università studjuż letterarju | ||
| Post tax-xogħol | Ruma | ||
| Impjegaturi |
La Sapienza Università ta' Catania (1981 - 1983) Università ta' Malta (1988 - | ||
| Premjijiet |
List
| ||
Arnold Cassola (twieled fil-21 ta' Novembru 1953) huwa politiku Malti, professor assoċjat tal-Letteratura Komparata fl-Università ta' Malta, eks-membru tal-partit tal-Alternattiva Demokratika, u kap tal-partit politiku Momentum.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Għallem fl-Università ta' Katanja (1981–83) u La Sapienza ta' Ruma (1983–88).
Fl-1999 ġie elett Segretarju Ġenerali tal-Partit Aħdar Ewropew. Bejn l-2008 u l-2009, u l-2013 u l-2017 kien ċermen tal-Alternattiva Demokratika. Fl-2004, il-Partit ippreżentah bħala kandidat għall-Parlament Ewropew fejn kiseb riżultat tajjeb ta' 9.3% tal-ewwel preferenzi. Dan iżda ma kienx biżżejjed biex jiġi elett bħala Membru tal-Parlament Ewropew.
Fl-2024 rega ikkontesta bhala kandidat indipendenti ghall-Parlament Ewropew fejn gab rizultat tajjeb u kien sahansitra fit tielet post ma l-ewwel count, izda ma rnexxielux jigi elett ghal biss 2,107 vot. Fl-ahhar ta l-ghadd gab 22,941 vot.
Serva ukoll għal xi żmien bħala Membru Parlamentari fil-Kamra tad-Deputati mal-Verdi.
Fl-2003 ġie onorat mir-Repubblika Taljana bl-unur Cavaliere della Repubblica Italiana għall-ħidma kulturali u r-relazzjonijiet bejn l-Italja u Malta.
Huwa awtur ta' diversi kotba fuq l-istorja, l-letteratura u l-kultura Maltija kif ukoll kotba fuq il-politika ekoloġista f'Malta u fl-Ewropa, flimkien ma' diversi artikli akkademiċi.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Arnold Cassola fuq Twitter
- Profil fuq is-sit tal-Università ta' Malta