Aqbeż għall-kontentut

Andrea Petagna

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Andrea Petagna
Informazzjoni personali
Twelid30 ta' Ġunju 1995 (1995-06-30) (31 sena)
Trieste, Italja
Tul1.90 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliNapoli
Numru37
Mixtliet
Milan
Karriera professjonali
SninKlabb
2012–2016Milan
2013–2014→ Sampdoria (self)
2014–2015→ Latina (self)
2015→ Vicenza (self)
2015–2016→ Ascoli (self)
2016–2019Atalanta
2016–2019Atalanta
2018–2019→ SPAL (self)
2019–2020SPAL
2020–Napoli
Tim nazzjonali
2010–2011Italja U16
2011Italja U17
2013Italja U18
2013Italja U19
2015Italja U20
2016–2017Italja U21
2017–Italja

Andrea Petagna (twieled fit-30 ta' Ġunju 1995) huwa plejer tal-futbol Taljan li jilgħab bħala attakkant mal-klabb ta' Napoli.

Petagna beda l-karriera tal-futbol tiegħu fl-akkademja ta' AC Milan, fejn kien membru tal-iskwadra tal-U15 li rebħet il-Campionato Nazionale Giovanissimi fl-2010 u membru tal-iskwadra tal-U17 li rebħet il-Campionato Nazionale Allievi fis-sena ta' wara.[1][2] Huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu fl-4 ta' Diċembru 2012, fejn ħareġ bħala sostitut fl-aħħar fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra Zenit St. Petersburg, fejn Milan tilfu 0–1.[3]

Fil-bidu tal-istaġun 2013-14, Petagna ġie promoss għall-ewwel tim.[4] Hu għamel id-debutt tiegħu fis-Serie A fl-2013-08-24, billi ħareġ tard bħala sostitut fil-logħba tal-ftuħ, f'telfa ta' 2-1 barra minn darhom kontra t-tim promoss Hellas Verona.[5][6] Madankollu, wara l-akkwist ta' Alessandro Matri fil-jiem tard tat-tieqa ta' trasferiment tas-sajf, Milan iddeċidew li jippermettu lil Petagna jissieħeb b'self ma' Sampdoria sabiex jikseb ftit esperjenza tal-ewwel tim.[7] Sampdoria kellhom għażla li jagħmlu ftehim ta' ko-propjetà fl-aħħar tal-istaġun ta' self.[8] Minkejja dan, is-self kien terminat kmieni u Petagna irritorna ma' Milan f'Jannar, huwa lagħab ħames darbiet ma' Sampdoria iżda falla milli jiskorja.[9] Huwa spiċċa l-istaġun bi tliet apparenzi oħra, filwaqt li kien impjegat prinċipalment mill-iskwadra tal-U19 li kienet immexxija minn Filippo Inzaghi. Dan it-tim rebaħ it-Tazza Viareggio fi Frar, billi għeleb lil Anderlecht fil-finali, fejn Petagna skorja l-gowl tad-draw temporanju f'rebħa ta' 3–1.[10]

Fis-16 ta' Lulju 2014, Petagna kien imsellef ma' Latina Calcio fis-Serie B għall-istaġun 2014–15.[11] Fit-13 ta' Jannar 2015 huwa kien misluf lil Vicenza Calcio.

Fit-30 ta' Awwissu 2015 huwa ssieħeb ma' tim promoss ġdid fis-Serie B, Ascoli Picchio.[12]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Petagna deher ħames darbiet mal-Italja U16 bejn l-2010 u l-2011.[13] Fl-2011, rebaħ dehra waħda mal-Italja U17.[13] Imbagħad, fl-2013, huwa għamel 8 dehriet u skorja żewġ gowls mal-Italja U18.[13] Fl-istess sena hu deher mal-Italja U19, hu għamel l-ewwel dehra tiegħu fl-24 ta' April.[13]

Statistiċi aġġornati fl-1 ta' Frar 2014..

Tim Staġun Kampjonat
Domestiku
Tazza
Domestika
Kompetizzjoni
Ewropej1
Turnej
Oħra2
Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Milan 2012–13 0 0 0 0 1 0 – 1 0
2013 1 0 0 0 0 0 – 1 0
Sampdoria 2013–14 3 0 2 0 – – 5 0
Milan 2014 2 0 1 0 0 0 – 3 0
Latina Calcio 2014-2015 7 0 1 0 0 0 – 8 0
Total tal-karriera 10 0 2 0 1 0 0 0 18 0

1Il-kompetizzjonijiet Ewropej jinkludu l-UEFA Champions League.
2Turnej oħra jinkludu xejn sal-lum.

  1. ↑ "Campionato Giovanissimi Nazionali 2009/10" (bit-Taljan). Associazione Calcio Milan. Miġbur 2012-12-05.
  2. ↑ "Campionato Allievi Nazionali 2010/11" (bit-Taljan). Associazione Calcio Milan. Miġbur 2012-12-05.
  3. ↑ "Danny delivers as Zenit win at Milan" (bl-Ingliż). UEFA. 2011-12-04. Miġbur 2012-12-05.
  4. ↑ "Adriano Galliani: "Cristante and Petagna in the first team next season"" (bl-Ingliż). Associazione Calcio Milan. 2013-01-11. Miġbur 2013-08-25.
  5. ↑ "Hellas Verona 2–1 Milan" (bl-Ingliż). Lega Nazionale Professionisti Serie A. 2013-08-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-08-26. Miġbur 2013-08-25.
  6. ↑ "Petagna a MN: "Contento per l'esordio, peccato per la sconfitta. Spero di giocare in Champions"". milannews.it (bit-Taljan). 2013-08-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-08-27. Miġbur 2013-08-25.
  7. ↑ Mazzara, Pietro (2013-08-29). "Matri al Milan, Petagna va in prestito alla Sampdoria". milannews.it (bit-Taljan). Miġbur 2013-09-02.
  8. ↑ "A.C. Milan official communication" (bl-Ingliż). Associazione Calcio Milan. 2013-09-02. Miġbur 2013-09-02.
  9. ↑ "A.C. Milan official communication" (bl-Ingliż). Associazione Calcio Milan. 2014-01-14. Miġbur 2014-01-14.
  10. ↑ Richards, Alex (2014-02-18). "Watch AC Milan youngster Andrea Petagna produce magnificent individual effort in youth cup final" (bl-Ingliż). Daily Mirror. Miġbur 2014-07-14.
  11. ↑ Mazzara, Pietro (2014-07-16). "Andrea Petagna in nerazzurro" (bit-Taljan). US Latina Calcio. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-07-18. Miġbur 2014-07-18.
  12. ↑ "Ufficiale Petagna dal Milan. Prolunga il contratto Addae" (bit-Taljan). Ascoli Picchio FC 1898. 2015-08-30. Miġbur 2015-11-16.
  13. 1 2 3 4 "Andrea Petagna" (bit-Taljan). IFF. Miġbur 2012-12-05.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]