Aqbeż għall-kontentut

Anders Lindegaard

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Anders Lindegaard
Informazzjoni personali
Twelid13 ta' April 1984 (1984-04-13) (42 sena)
Odense, Danimarka
Tul1.93 m
RwolGowler
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliHelsingborg
Numru1
Mixtliet
2001–2003OB
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2009OB
2008→ Kolding (self)
2009→ Aalesund (self)
2009–2010Aalesund
2011–2015Manchester United
2015–2016West Bromwich Albion
2016→ Preston North End (self)
2016–2017Preston North End
2017–2019Burnley
2019–Helsingborg
Tim nazzjonali
2010–Danimarka

Anders Rosenkrantz Lindegaard (twieled fit-13 ta' April 1984) huwa plejer tal-futbol Daniż li jilgħab bħala gowler ma' Helsingborg.

Imwieled f'Odense, Lindegaard beda l-karriera bħala futboler ma' Odense Boldklub (OB) li jilgħab fis-Superliga Daniża. Id-debutt fil-kampjonat wasal fir-rebħa ta' 3-1 kontra Silkeborg IF nhar id-19 ta' Novembru 2006, waqt li fl-Ewropa iddebutta fit-30 ta' Lulju 2009 fir-rebħa ta' 4–3 fuq Rabotnički. Matul iż-żmien tiegħu ma' OB kien aktar ikopri l-irwol ta' viċi ta' Arek Onyszko u kellu żewġ perjodi ta' self ma' Kolding FC u Aalesunds FK, b'dan tal-aħħar jakkwistawh b'mod sħiħ. Meta Onyszko kien ġie sospiż f'Lulju 2009 minħabba li kien ħebb għall-eks-mara tiegħu, Lindegaard kien il-kandidat sabiex jieħu post, però minflok wasal Roy Carroll.[1] Mal-klabb Norveġiż ta' Aalesunds FK hu rebaħ it-Tazza Norveġiża u kien ivvutat bħala l-Gowlkiper tas-Sena fin-Norveġja u d-Danimarka.

Minn Novembru 2010 kien hemm għajdut li l-klabb Ingliż ta' Manchester United kellu lil Lindegaard bħala objettiv. Fis-27 ta' Novembru 2010, Lindegaard issieħeb ma' Manchester United għas-somma ta' madwar £3.5 miljun b'kuntratt ta' tliet snin u nofs.[2] Matul Diċembru kien jitħarreġ mal-iskwadra imma ma setax jilgħab minħabba li s-suq tat-trasferimenti kien għadu ma nfetaħx. Lindegaard ġie uffiċjalment reġistrat mal-Premier League fis-6 ta' Jannar 2011, u ngħata l-flokk numru 34.[3] Id-debutt mal-ewwel tim wasal fir-rebħa ta' 2–1 kontra Southampton valida għar-raba' rawnd tal-FA Cup. F'Marzu kellha issirlu operazzjoni fuq irkopptejh li ħallietu barra għal ħames ġimgħat.[4]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Lindegaard għamlet l-ewwel preżenza mat-tim nazzjonali tad-Danimarka fil-partita kontra l-Iżlanda tas-7 ta' Settembru 2010, valida għall-kwalifikazzjoni għall-Euro 2012. Id-Danimarka rebħet 1–0.

Statistika korretta sad-19 ta' Mejju 2013

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Kontinentali Oħrajn Total
Preż.GowlsPreż.GowlsPreż.GowlsPreż.GowlsPreż.GowlsPreż.Gowls
OB 2003–040000
2004–050000
2005–060000
2006–071010
2007–081010
Kolding (self)2008–0910000100
Aalesund (self)200926030––290
OB2009–1040––20––60
Aalesund201030010––2010340
Manchester United2010–11002000000020
2011–128010002000110
2012–1310010101000130
2013–14000000000000
Total fil-karriera 76080106010920
Aalesunds
Manchester United
  • Premju Kniksen: 2010
  • Gowlkiper Daniż tas-Sena: 2010
  1. ↑ "OB har Areks afløser klar" (bid-Daniż). bold.dk. Miġbur 2010-11-26.
  2. ↑ "Man Utd complete Anders Lindegaard signing" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-11-27. Miġbur 2010-11-27.
  3. ↑ Hibbs, Ben (2011-01-06). "Lindegaard gets no.34" (bl-Ingliż). Manchester United. Miġbur 2011-01-07.
  4. ↑ Thompson, Gemma (2011-03-15). "Anders set for knee op" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2011-04-12.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]