Aleksandar Tonev

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aleksandar Tonev
Informazzjoni personali
Isem sħiħAleksandar Antonov Tonev
Twelid3 ta' Frar 1990 (1990-02-03) (34 sena)
Elin PelinBulgarija
Tul1.78 m
RwolMidfilder offensiv
Mixtliet
Levski Elin Pelin
CSKA Sofia
Karriera professjonali
SninKlabb
2008–2011CSKA Sofia
2009–2010Sliven (self)
2011–2013Lech Poznań
2013–2015Aston Villa
2014–2015Celtic (self)
2015–2016Frosinone
2016–2018Crotone
2018–2020Botev Plovdiv
Tim nazzjonali
2008–2012Bulgarija U21
2011–2020Bulgarija

Aleksandar Tonev (bil-Bulgaru: Александър Тонев; Elin Pelin, 3 ta' Frar 1990) huwa plejer tal-futbol Bulgaru li jilgħab bħala midfilder offensiv.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Tonev kiber fit-timijiet taż-żgħażagħ ta' CSKA Sofia, u ddebbutta mat-tim tal-kbar fir-rebħa ta' 3–1 kontra Belasitsa Petrich fit-8 ta' Marzu 2008. Wara l-bejgħ ta' numru ta' plejers fis-sajf tal-2008, hu sab aktar opportunitajiet fit-tim. L-ewwel gowls ma' CKSA waslu fir-rebħa ta' 4–1 kontra Vihren Sandanski tat-22 ta' April 2009, fejn skorja doppjetta. Għall-istaġun 2009–10 ġie misluf lil Sliven sabiex jikseb aktar esperjenza.

Nhar is-16 ta' Ġunju 2011, Tonev iffirma mal-klabb Pollakk ta' Lech Poznań fejn lagħab l-ewwel logħba bħala sostitut fid-29 ta' Lulju 2011, fil-konfront kontra ŁKS Łódź, mirbuħ 5–0. Fis-26 ta' Lulju 2012, Tonev sab ix-xibka għall-ewwel darba fl-Ewropa, hekk kif skorja l-uniku gowl fir-rebħa ġewwa darhom kontra l-klabb Ażerbajġan ta' Khazar Lankaran, valida għat-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-Europa League.

Fis-7 ta' Ġunju 2013, Aston Villa ħabbru li kienu akkwistaw lil Tonev għas-somma ta' €3.2 miljun.[1]

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Tonev iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Bulgarija fit-telfa ta' 1–0 kontra Wales fil-11 ta' Ottubru 2011. Nhar it-22 ta' Marzu 2013, skorja tliet gowls fil-logħba valida għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 kontra Malta, fir-rebħa ta' 6–0.[2]

Gowls internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Punteġġi u r-riżultati tal-Bulgarija qedgħin fil-lista xellugija.
# Data Post Avversarju Punteġġ Riżultat Kompetizzjoni
1. 22 ta' Marzu 2013 Vasil Levski, Sofija, Bulgarija  Malta 1–0 6–0 Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014
2. 22 ta' Marzu 2013 Vasil Levski, Sofija, Bulgarija  Malta 2–0 6–0 Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014
3. 22 ta' Marzu 2013 Vasil Levski, Sofija, Bulgarija  Malta 5–0 6–0 Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

CSKA Sofia

Individwali[immodifika | immodifika s-sors]

  • L-Aqwa Plejer Bulgaru Żagħżugħ tal-Istaġun: 2010–11

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Excited Tonev agrees Villa move" (bl-Ingliż). Aston Villa FC. 2013-06-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-01. Miġbur 2013-07-20.
  2. ^ Georgiev, Stoyan (2013-03-22). "Unbeaten Bulgaria overwhelm Malta" (bl-Ingliż). UEFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-21. Miġbur 2013-07-20.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]