Zoran Tošić

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Zoran Tošić Football pictogram.svg
Zoran Tosic (1).jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Zoran Tošić
Twelid 28 ta' April 1987 (1987-04-28) (età 22)
Zrenjanin
Pajjiż Bandiera tas-Serbja Serbja
Tul 1.71 m
Rwol Ġwejnħa
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 14
Klabbs professjonali
Snin Klabb Preż (Gwl)*
2004–2006
2006–2007
2007–2009
2009–
Proleter Zrenjanin
Banat Zrenjanin
Partizan
Manchester United
16 0(4)
35 0(2)
46 (14)
02 0(0)   
Tim nazzjonali
2007– Serbja 13 0(0)

Aġġornament: 07:17, 20 Ġunju 2009 (UTC)
* Preżenzi (Gowls)

Zoran Tošić (Zrenjanin, 28 ta' April 1987) hu plejer tal-futbol Serb li attwalment jilgħab mat-tim ta' Manchester United f'nofs il-grawnd.

Werrej

[editja] Karriera

Imwieled fi Zrenjanin, il-Jugożlavja, Tošić beda l-karriera tiegħu fil-kamp tal-futbol ma' Proleter Zrenjanin, qabel ma' ngħaqad ma' Budućnost Banatski Dvor f'nofs l-istaġun 2005–06. Dawn iż-żewġ timijiet ingħaqdu flimkien biex iffurmaw lil FK Banat Zrenjanin, li bħalissa jinsabu jilgħabu fil-kampjonat Serb. F'25 dehra ma' Banat, Tošić skorja darbtejn u għen lit-tim biex jevita r-relegazzjoni.

Il-prestazzjonijiet ta' Tošić kemm fuq bażi domestika ma' Banat u anki dik internazzjonali mas-Serbja wassluh biex jiġbed diversi klabbs Ewropej fuqu. Nhar is-6 ta' Awwissu 2007, Tošić iffirma kuntratt professjonali ta' erba' snin ma' FK Partizan.

Nhar it-22 ta' Novembru 2008, il-gazzetta Ingliża Daily Mail ħabbret li kien hemm diġà negozjati bejn FK Partizan u t-tim Ingliż ta' Manchester United biex Tošić jingħaqad maċ-ċampjins Ewropej fis-suq tat-trasferimenti ta' Jannar 2009.[1] Dan il-qbil kien suġġett għal applikazzjoni b'suċċess għall-permess tax-xogħol hekk kif il-plejer ma kienx lagħab il-75% tal-partiti tat-tim nazzjonali f'dik l-aħħar sena. Minkejja xniegħat li n-negozjati kienu waqfu wara nuqqas ta' qbil fuq it-termini presonali ta' Tošić, it-trasferiment ġie finalizzat nhar it-2 ta' Jannar 2009, b'kemm Tošić u sieħbu f'Partizan Adem Ljajić jingħaqdu ma' United. Tošić se jilgħab bil-flokk numru 14.[2] Tošić iddebutta ma' Manchester United nhar l-24 ta' Jannar 2009, meta daħal bħala sostitut għal Cristiano Ronaldo kontra Tottenham Hotspur, partita valida għar-raba' rawnd tal-FA Cup 2008–09. Fil-partita segwenti, iddebutta għall-ewwel darba fil-kampjonat Ingliż meta daħal bħala sostitut għal Dimitar Berbatov fir-rebħa ta' 5–0 li United għamlu fuq West Bromwich Albion.

[editja] Internazzjonali

Wara l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena 2007 f'isem is-Serbja, hu ngħata l-ewwel sejħa mat-tim tal-kbar fejn iddebutta fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra l-Finlandja.

[editja] Referenzi

  1. ^ United in £8m swoop for Serbian midfielder Tosic (Ingliż). Daily Mail (22-11-2008). Aċċessata nhar il-03-01-2009.
  2. ^ Man Utd jakkwistaw lil Tosic u Ljajic. MaltaRightNow.com (02-01-2009). Aċċessata nhar il-03-01-2009.

[editja] Ħoloq esterni