Adem Ljajić
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Adem Ljajić | ||
| Twelid | 29 ta' Settembru 1991 Novi Pazar |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.81 m | ||
| Rwol | Midfilder offensiv | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Fiorentina | ||
| Numru | 22 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 1998–2008 | Jošanica | ||
| 2005–2008 | Partizan | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2008–2010 | Partizan | 38 | (9) |
| 2010– | Fiorentina | 11 | (1) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2007–2008 | Serbja U17 | 9 | (1) |
| 2008–2009 | Serbja U19 | 10 | (4) |
| 2008– | Serbja U21 | 10 | (1) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 13:18, 25 Settembru 2010 (UTC) |
|||
Adem Ljajić (bis-Serb: Адем Љајић; Novi Pazar, 29 ta' Settembru 1991) hu plejer tal-futbol Serb li jilgħab bħala midfilder offensiv jew fuq il-faxxa leminija għat-tim ta' Fiorentina.
Werrej |
[editja] Karriera
Ljajić beda l-karriera fil-kamp tal-futbol mat-tim lokali ta' SF Jošanica, qabel ma fl-2005 ittrasferixxa f'Belgrad meta laqat l-għajn tal-kowċ ta' Partizan Dusan Trbojević. Fil-kapitali Serba, Ljajić beda jilgħab mat-tim ġovanili tal-klabb, waqt li ħa sehem f'isem is-selezzjoni tas-Serbja ta' taħt is-16 u t-18-il sena. Il-progress mal-ewwel tim kien wieħed ta' minnufih. F'Awwissu tal-2008 sar parti mill-pjanijiet tal-kowċ Slaviša Jokanović, fejn f'għaxar apparenzi skorja darbtejn fil-kampanja rebbieħa tal-kampjonat 2007–08.
F'Ottubru tal-2008, Manchester United taw ċans lil Ljajić biex jimpressjona meta tawh prova, minkejja li ma kienx ġie żvelat dwar it-tul ta' din il-prova. Il-ġurnata ta' wara, is-segretarju ġenerali ta' Partizan ikkonferma li "mhuwiex vera li Ljajić mar l-Ingilterra mingħajr permess. Aħna konna f'kuntatt ma' Manchester United għal xi żmien u Ljajić kien mat-tim internazzjonali fl-Ingilterra fejn kien qed jipparteċipa fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej għal taħt id-19-il sena, u b'hekk dan il-mument kien opportun biex jagħmel prova."[1][2]
Nhar it-2 ta' Jannar 2009, Manchester United ikkonfermaw li komplew it-trasferiment ta' kemm Ljajić u anki ta' sieħbu f'Partizan, Zoran Tošić. Tošić ingħaqad mal-klabb mill-ewwel, waqt li Ljajić kien se jibqa' ma' Partizan għall-kumplament tal-2009, fejn f'Jannar tal-2010, minħabba li l-FIFA ma tħallix li jsiru trasferimenti internazzjonali għal plejers ta' taħt it-tmintax-il sena.[3] Minkejja li matul l-2009 Ljajić kien jagħmel vjaġġi regulari lejn Manchester biex jitħarreġ mal-iskwadra, Manchester United iddeċidew li ma jiħdux l-oppzjoni li jakkwistaw definittavment lill-plejer Serb minħabba kwistjonijiet fuq il-permess tax-xogħol għal Ljajić.[4]
Fit-13 ta' Jannar 2010, il-klabb Taljan ta' Fiorentina ħabbar l-akkwist ta' Ljajić, fejn wara li għadda t-testijiet mediċi, iffirma kuntratt ta' ħames snin.[5] Iddebutta mal-Viola fil-pari ta' 2–2 barra minn darhom kontra Cagliari, fejn daħal bħala sostitut fit-82 minuta għal Manuel Pasqual. L-ewwel gowl tiegħu kien minn penalty kontra Lazio fit-18 ta' Settembru 2010, bi Fiorentina jitilfu 2–1.
[editja] Unuri
- SuperLiga Serba: 2008–09
- Tazza Serba: 2008–09
[editja] Referenzi
- ^ Papers: Reds eye 'Little Kaka'?. ManUtd.com
- ^ Tradotti minn: "It is not true that Ljajić went to England without permission. We have been in contact with Manchester United for some time now and Ljajić was with the international team in Britain, participating in the UEFA European Under-19 Championship qualifying round, at this moment so it was handy for him to go on trial now."
- ^ (Ingliż) "Serbians to join United", ManUtd.com Manchester United, 02-01-2009. Konsultazzjoni tal-URL: 02-01-2009.
- ^ (Ingliż) "Permit snag foils Ljajic", Times Of Malta, 05-12-2009. Konsultazzjoni tal-URL: 05-12-2009.
- ^ (Taljan) "Definito l'accordo per Ljajic", ViolaChannel, 13-01-2010. Konsultazzjoni tal-URL: 13-01-2010.