Sami Khedira

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Sami Khedira
Khedira in Real Madrid.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Sami Khedira
Twelid 4 ta' April 1987 (1987-04-04) (25 sena)
Stuttgart
Pajjiż Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja
Tul 1.89 m
Rwol Midfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Real Madrid
Numru 24
Klabbs ġovanili
0000–1995 TV Oeffingen
1995–2004 VfB Stuttgart
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2004–2006 VfB Stuttgart II 21 (1)
2006–2010 VfB Stuttgart 98 (14)
2010– Real Madrid 19 (0)
Tim nazzjonali
2007–2009 Ġermanja U-21 15 (5)
2009– Ġermanja 17 (1)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 15:35, 5 Frar 2011 (UTC)

Sami Khedira (Stuttgart, 4 ta' April 1987) hu plejer tal-futbol Ġermaniż li jilgħab ma' Real Madrid u mat-tim nazzjonali Ġermaniż. Hu hu midfilder ċentrali dinamiku li kapaċi jilgħab ukoll bħala midfilder difensiv, waqt li kapaċi jingħaqad mat-tim waqt l-attakki permezz tax-xuttijiet tajbin li għandu.

Werrej

[editja] Bijografija

Sami Khedira għandu missier Tuneżin u ommu Ġermaniża. Ħuh iż-żgħir, Rani, huwa wkoll futbolers fejn jilgħab mas-sezzjoni ġovanili ta' Stuttgart u lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Ġermaniż ta' taħt is-sittax-il sena.

[editja] Karriera

[editja] Klabb

Khedira beda jilgħab mal-klabb TV Öffingen, liema klabb kien ikkowċjat minn missieru Lazhar.[1] Fl-1995, Stuttgart tefgħu għajnejh fuqu, fejn wara li akkwistawh Khedira beda jilgħab mad-diversi livelli tal-iskwadri ġovanili tal-klabb, u rebaħ it-titli Ġermaniżi tal-klassi A-Jugend u B-Jugend.

Iddebutta mat-tieni skwadra, li tilgħab fir-Regionalliga, fl-istaġun 2004–05. L-istaġun 2005–06 kien imtappan bi problemi fiżiċi li laqqtugħ fl-irkoppa, sabiex lagħab 21 logħba fi tliet staġuni. Kien fil-bidu tal-istaġun 2006–07 li l-kowċ Armin Veh daħħlu fil-lista tal-ewwel tim fil-Bundesliga, fejn iddebutta bħala sostitut nhar l-1 ta' Ottubru 2006, fis-sitt logħba mill-kampjonat kontra Hertha Berlin.[2]

Fid-29 ta' Ottubru 2006, fid-disa' ġurnata mill-kampjonat kontra Schalke 04, Khedira skorja l-ewwel gowls tiegħu fl-ogħla diviżjoni Ġermaniża; fil-fatt, il-plejer ta' oriġini Tuneżina skorja doppjetta.[3] Mill-ewwel staġun tiegħu hu beda jiġi skjerat mal-ewwel ħdax fuq bażi regulari u permezz ta' gowl bir-ras fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat kontra Energie Cottbus, Stuttgart assiguraw ir-rebħ tal-kampjonat. F'dik is-sena wkoll, il-klabb wasal sal-finali tat-tazza nazzjonali.

Hu ffirma l-ewwel kuntratt professjonali mal-klabb fid-29 ta' Ġunju 2007, fejn fid-9 ta' Lulju tas-sena ta' wara estendieh sal-2011.[4]

Fit-30 ta' Lulju 2010, Stuttgart u Real Madrid, permezz tas-sit uffiċjali rispettivi, ħabbru l-passaġġ ta' Khedira għal mal-klabb Spanjol.[5][6] Il-plejer iffirma kuntratt ta' ħames snin mal-klabb tal-merengues. Id-debutt fil-kampjonat Spanjol wasal f'pari ta' mingħajr gowls kontra Mallorca.

[editja] Internazzjonali

Fl-2009, bħala kaptan tat-tim nazzjonali Ġermaniż ta' taħt il-21 sena, rebaħ il-Kampjonat Ewropew ta' dak il-livell.

Khedira iddebutta mat-tim tal-kbar fil-5 ta' Settembru 2009, f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Afrika t'Isfel. Għat-Tazza tad-Dinja 2010 ġewwa l-Afrika t'Isfel hu lagħab il-logħbiet kollha, dejjem mill-ewwel minuta, u skorja l-gowl rebbieħ (l-ewwel wieħed bil-flokk tat-tim nazzjonali) fir-rebħa deċiża ta' 3–2 għat-tielet post kontra l-Urugwaj.[7]

[editja] Unuri

[editja] Klabb

Ġermanja Stuttgart

[editja] Nazzjonal

[editja] Referenzi

  1. ^ (Ġermaniż) Gunnar Wiehl. "Khedira, der neue Ballack: Hier wurde Sami groß", Hamburger Morgenpost, 21-05-2010. Konsultazzjoni tal-URL: 07-07-2010.
  2. ^ (Ġermaniż) Spielbericht Hertha BSC Berlin - VfB Stuttgart 2:2 (2:1). fussballdaten.de
  3. ^ (Ġermaniż) Spielbericht VfB Stuttgart - FC Schalke 04 3:0 (1:0). fussballdaten.de
  4. ^ (Ġermaniż) Khedira signs until 2011. VfB Stuttgart, 09-07-2008. Aċċess tal-URL: 09-07-2008.
  5. ^ (Ingliż) Terms agreed with Real Madrid. VfB Stuttgart. Aċċess tal-URL: 30-07-2010.
  6. ^ (Spanjol) Comunicado Oficial: Sami Khedira, nuevo jugador del Real Madrid. Real Madrid C.F. Aċċess tal-URL: 30-07-2010.
  7. ^ (Ingliż) Khedira completes comeback. ESPN Soccernet, 10-07-2010. Aċċess tal-URL: 14-07-2010.

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn