Phil Jones
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Philip Anthony Jones | ||
| Twelid | 21 ta' Frar 1992 Preston |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.80 m | ||
| Rwol | Difensur | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Manchester United | ||
| Numru | 4 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 2002–2009 | Blackburn Rovers | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2009–2011 | Blackburn Rovers | 35 | (0) |
| 2011– | Manchester United | 7 | (0) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2010– | Ingilterra U-21 | 9 | (0) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 12:33, 3 Ottubru 2011 (UTC) |
|||
Philip Anthony "Phil" Jones (Preston, 21 ta' Frar 1992) hu plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab bħala difensur ma' Manchester United.
Werrej |
[editja] Karriera
Imwieled ġewwa Preston, Lancashire, Jones issieħeb mal-ġovanili ta' Blackburn Rovers fl-2002. Hu ngħaqad mat-tim tal-klabb għall-istaġun 2009–10, fejn iffirma kuntratt ta' sentejn u ngħata l-flokk numru 28. L-ewwel logħba tiegħu ma' Blackburn kienet nhar it-22 ta' Settembru 2009, fil-konfront kontra Nottingham Forest mil-League Cup mirbuħ bl-iskor ta' 1–0. Fil-kampjonat għamel l-ewwel dehra tiegħu fil-pari ta' 1–1 ġewwa Ewood Park kontra Chelsea, fil-21 ta' Marzu 2010. Għall-istaġun 2010–11, Jones beda jilgħab f'nofs il-grawnd fejn sar pedina importanti tal-iskwadra sakemm sofra minn uġigħ f'irkopptejh kontra West Ham United f'Diċembru tal-2010 li kien mifhum li se tħallih barra mil-logħob għal ħames xhur.
Fi tmiem l-istaġun, kien hemm għajdut fuq l-interess ta' Manchester United fuq il-plejer u kien mifhum li kien diġà sar qbil f'Ġunju. Wara xniegħat li l-ftehim kien sfaxxa, nhar it-13 ta' Ġunju 2011 Manchester United uffiċjalizzaw l-akkwist ta' Jones.[1] Iddebutta nhar is-7 ta' Awwissu fil-Community Shield kontra Manchester City, meta United rebħu bl-iskor ta' 3–2 biex kisbu l-ewwel trofew tal-istaġun.
[editja] Statistika
| Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | League Cup | Ewropa | Oħrajn | Total | ||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
| Blackburn Rovers | 2009–10 | 9 | 0 | 1 | 0 | 2 | 0 | – | – | – | – | 12 | 0 |
| 2010–11 | 26 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | – | – | – | – | 28 | 0 | |
| Total | 35 | 0 | 1 | 0 | 4 | 0 | – | – | – | – | 40 | 0 | |
| Manchester United | 2011–12 | 7 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 1 | 0 | 10 | 0 |
| Total | 7 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 1 | 0 | 10 | 0 | |
| Total fil-karriera | 42 | 0 | 1 | 0 | 4 | 0 | 2 | 0 | 1 | 0 | 50 | 0 | |
[editja] Referenzi
- ^ (Ingliż) United seal Jones deal. ManUtd.com, 13-05-2011. Aċċess tal-URL: 13-05-2011.
[editja] Ħoloq esterni
|
|||||