Aqbeż għall-kontentut

Paolo Maldini

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Paolo Maldini
Informazzjoni personali
Isem sħiħPaolo Cesare Maldini
Twelid26 ta' Ġunju 1968 (1968-06-26) (56 sena)
MilanItalja
Tul1.86 m
RwolDifensur ċentrali
Mixtliet
1978–1985Milan
Karriera professjonali
SninKlabb
1985–2009Milan
Tim nazzjonali
1986–1988Italja U-21
1988–2002Italja

Paolo Maldini (twieled fis-26 ta' Ġunju 1968) huwa eks-plejer tal-futbol Taljan li kien ikkunsidrat fost l-aqwa difensuri li qatt lagħbu l-logħba. Il-karriera tiegħu qattagħha mal-Milan, fejn matul dan iż-żmien minbarra l-ħafna unuri miksuba, hu sar l-iktar plejer li għamel dehriet kemm għat-tim Milanist, kemm fis-Serie A u anki mat-tim nazzjonali Taljan.

Missieru hu Cesare Maldini, plejer veteran u kaptan tal-Milan u kowċ ta' suċċess għat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena.

Maldini għamel id-debutt fil-kampjonat mat-tim tal-Milan meta kien għadu sittax-il sena, fl-20 ta' Jannar 1985, kontra l-Udinese, bħala sostitut għall-imweġġa' Sergio Battistini.[1][2] Din kellha tkun l-unika apparenza matul dak l-istaġun, però fl-istaġun ta' wara beda jingħata aktar opportunitajiet mal-ewwel ħdax.

Fl-istaġun suċċessiv, fl-età tenera ta' sbatax-il sena, Maldini sar plejer titulari mal-formazzjoni tar-rossoneri, bil-flokk numru 3 bħala difensur xellugi. L-ewwel gowl tiegħu minn fost id-29 li skorja fis-Serie A wasal fl-4 ta' Jannar 1987 kontra Como, li kien ukoll il-gowl rebbieħ tal-konfront. Fl-Ewropa, il-gowl dam ma wasal sal-21 ta' Ottubru 1992, fejn dan kien ukoll il-gowl partita kontra Slovan Bratislava.

Mill-istaġun 1997–98, wiret il-faxxa ta' kaptan minn Franco Baresi li kien temm il-karriera tiegħu. L-istess passaġġ tal-faxxa kien diġà seħħ fl-1994 mat-tim nazzjonali Taljan, meta Baresi ħallielu l-faxxa ta' kaptan wara l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li ġiet ospitata fl-Istati Uniti.

  1. ^ "Paolo Maldini" (bl-Ingliż). Talk Football. Miġbur 2009-03-01.
  2. ^ "Maldini the fulcrum of Milan generation game" (bl-Ingliż). Guardian. Miġbur 2009-03-01.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]