Dasyurinae

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dasyurinae
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDasyuromorphia
FamiljaDasyuridae
sottofamilja Dasyurinae
Goldfuss, 1820


Dasyurinae hija sottofamilja ta' mammiferi marsupjali, eżattament id-dasjurini (eżempji huma l-Anteċinu, il-Faskogal, il-Kwoll, il-Mulgara u x-Xitan tat-Tażmanja).

Din is-sottofamilja qiegħda kklassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani u l-kolokolo tal-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae ma' sottofamilja oħra, s-Sminthopsinae.

Din hija sottofamilja li tiġbor fiha 2 tribù, id-Dasyurini u l-Phascogalini u bosta ġeneri u speċi kemm estinti kif ukoll estanti.

Fin-numru ta' ġeneri u speċi, is-sottofamilja Dasyurinae hija akbar u għandha aktar diversità fil-morfoloġija, mis-sottofamilja l-oħra tal-familja Dasyuridae u ġeneralment l-ispeċi dasjurini huma akbar fid-daqs minn dawk smintopsini.

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Dasjurinu, Dasjuromorfju jew Dasyuromorphia)

Lista tal-ispeċi tas-sottofamilja Dasyurinae[immodifika | immodifika s-sors]

Antechinus flavipes membru tas-sottofamilja Dasyurinae
Dasyurus viverrinus membru tas-sottofamilja Dasyurinae

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.

Link Esterni[immodifika | immodifika s-sors]