Sarcophilus

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Sarcophilus harrisii membru tal-ġeneru Sarcophilus

Sarcophilus huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament ix-Xjaten, (ix-Xitan tat-Tażmanja huwa l-unika speċi li baqa ħajja), tal-kontinent ta' l-Awstralja.

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' 9 ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyuroides, Dasyurus, Myoictis, Neophascogale, Parantechinus, Phascolosorex u Pseudantechinus.

Il-ġeneru Sarcophilus jiġbor fiħ 4 speċi, 3 estinti u waħda biss estanti. Il-llum il-ġurnata peress li t-Tilaċin huwa meqjus estint, ix-Xitan tat-Tażmanja huwa l-akbar speċi ħajja tal-familja Dasyuridae u tal-ordni Dasyuromorphia, l-akbar speċi ta' marsupjal karnivoru estanti fid-dinja.

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Xitan, Xitan tat-Tażmanja, Dasyuridae u Dasyuromorphia)

Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Sarcophilus[editja]

Referenzi[editja]

  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.

Link Esterni[editja]