Antechinus

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Antechinus
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDasyuromorphia
FamiljaDasyuridae
SottofamiljaDasyurinae
ġeneru Antechinus
Macleay, 1841
Antechinus agilis hu membru tal-ġeneru Antechinus

Antechinus huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament l-Anteċini (qabel kienu jissejħu bl-ismijiet ta' ġurdien bil-but, ġurdien tas-saqajn wiesgħajn u anteċinu ġurdien, iżda dawn ma għadhomx jintużaw u minflok ġie preferut l-isem ta' Anteċinu biex juri eżattament biċ-ċar l-oriġinalità u l-uniċità ta' dawn il-mammiferi marsupjali), tal-kontinent tal-Awstralja u wħud mill-gżejjer fil-madwar.

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Phascogalini ma' sitt ġeneri oħra, li huma Micromurexia, Murexechinus, Murexia, Paramurexia, Phascomurexia u Phascogale.

Il-ġeneru Antechinus jiġbor fih għaxar speċi estanti jew ħajjin (tnejn minn dawn l-ispeċi u possibilment tlieta, peress li hemm xi speċi ġdida li qiegħda tistenna li tiġi rikonoxxuta, jgħixu fuq il-gżira ta' Gwineja l-Ġdida, filwaqt il-bqija tal-ispeċi jinsabu mifruxin fuq il-kontinent gżira tal-Awstralja) u fin-numru ta' speċi huwa l-aktar ġeneru ta' suċċess fit-tribù Phascogalini u tas-sottofamilja Dasyurinae.

Lista tal-ispeċi tal-ġeneru[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore, 1999. ISBN 0-8018-5789-9.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]