Paramurexia
| Paramurexia | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Ordni: | Dasyuromorphia |
| Familja: | Dasyuridae |
| Ġeneru: | Paramurexia |
| Speċi: | P. rothschildi |
| Isem binominali | |
| Paramurexia rothschildi (Tate, 1938) |
|
| Firxa tal-Paramurexia rothschildi | |
Paramurexia huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori (eżattament id-Dasjur tal-istrixxi wiesgħajn, għalkemm jissejaħ ukoll bl-isem ta' far marsupjal tal-istrixxi wiesgħajn), tal-kontinent tal-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Phascogalini ma' sitt ġeneri oħra.
Il-ġeneru Paramurexia huwa wieħed monotipiku u b'hekk jiġbor fih speċi waħda biss (l-ispeċi ta' dan il-ġeneru għal żmien twil kienet ikklassifikata fil-ġeneru Murexia ma' speċi oħra, dan sakemm testijiet morfoloġiċi u ġenetiċi wrew li hija distinta jew differenti biżżejjed biex tkun separata u riklassifikata f'ġeneru għalija waħidha).
Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Paramurexia [editja]
- Ġeneru Paramurexia (Van Dyck, 2002)
- Paramurexia rothschildi (Tate, 1938)
Referenzi [editja]
- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.