Ġużè Aquilina

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Ġużè Aquilina (1911-1997) twieled fis-7 ta' April 1911 fil-Munxar, Għawdex, Il- kbir fost hames ahwa. Ta` 18-il sena tilef lil missieru. Studja fl-iskola primarja ta` Sannat, fis- Semminarju ta` Ghawdex. Il-Professur Aquilina għadda għall-Università ta' Malta fejn fl-1933 ħa l-grad tal-B.A. u erba' snin wara l-lawrija bħala avukat. Hawn Malta Aquilina trabba ma` zitu Regina fil-Birgu.

Fl-1935 laħaq Professur tal-Malti u l-Ilsna Orjentali fl-Università ta' Malta. Studja l-ilsna semitiċi fid-Dipartiment ta' l-Istudji Orjentali u Afrikani fl-Università ta' Londra. Hemmhekk f'Jannar 1940 ingħata l-Ph.D. wara li kien ressaq it-teżi tiegħu The Structure of Maltese. Aquilina reġa' Malta fil-bidu ta' Diċembru 1939, u beda jgħallem fl-Università ta' Malta f'Jannar 1940. Fl- 1966 ingħata l- Medalja Guzè Muscat Azzopardi; nħatar Membru ta` l-Ordni tal-Meritu ta` Malta fl-1994.

Aquilina kien Dekan tal-Fakultà ta' l-Arti bejn l-1948 u l-1966, kif ukoll bejn l-1972 u l-1975. Bejn l-1970 u l-1974 kien Pro-Viċi Kanċillier, u fl-1976, meta rtira mill-Kattedra, ingħata t-titlu ta' Professur Emeritus.

Il-Professur Aquilina kien awtur ta' diversi ħidmiet, fosthom kritiki letterarji, studji xjentifiċi, studji lingwistiċi, novelli u kotba reliġjużi. Il-Professur Aquilina jibqa' msemmi l-iktar għad-Dizzjunarju Malti - Ingliż. Miet fid-9 ta' Diċembru 1999.

F'lingwi oħrajn