Pietru Pawl Saydon

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Il-Monsinjur Pietru Pawl Saydon (12 ta' Novembru, 1895 - 22 ta' Marzu, 1971), kien saċerdot u skular magħruf bħala bniedem erudit fl-Ilsien Malti, kif ukoll dwar il-Bibbja. Għamel żmien imexxi l-Għaqda tal-Malti fl-Università ta' Malta.

Saydon twieled, għex u miet fir-raħal Malti taż-Żurrieq u ġie onorat f'ħajtu b'lawrja Honoris Causa u bin-nomina ta' Monsinjur tal-Katidral Metropolitan. Wara mewtu ġie mfakkar billi ssemmew skola sekondarja u triq għalih f'raħal twelidu. Inkixef ukoll monument f'ġieħu fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mit-twelid tiegħu fit-12 ta' Novembru, 1995.

Pietru Pawl Saydon jibqa' magħruf l-iktar għall-kontribut li ta lil-lingwa Maltija billi qaleb il-Bibbja mill-Ebrajk għall-Malti.

[editja] Ħoloq esterni

[editja] Ara wkoll

  • Bezzina, Carmel. (2006). "Saydon. Biblista u Studju tal-Malti", Publikazzjoni Preca, Malta