Il-Paġna prinċipali
Appearance
|
Almanakk
X'ġara bħal-lum fl-istorja
28 ta' Ġunju:
- 1519 – Karlu V ġie elett imperatur tal-Imqaddes Imperu Ruman.
- 1919 – It-Trattat ta' Versailles li temm formalment l-Ewwel Gwerra Dinjija ġie ffirmat f'Pariġi.
- 1922 – Bdiet il-Gwerra Ċivili Irlandiża bil-bumbardament tal-Four Courts f'Dublin mill-forzi tal-Istat Ħieles.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1577 – Pieter Paul Rubens (stampa), pittur Fjamming (m. 1640)
- 1712 – Jean-Jacques Rousseau, filosfu Żvizzeru (m. 1778)
- 1867 – Luigi Pirandello, kittieb Taljan, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura (m. 1936)
Mietu f'dan il-jum...
- 1598 – Abraham Ortelius, kartografu mwieled Fjamming (t. 1527)
- 1922 – Velimir Khlebnikov, poeta Russu (t. 1885)
- 1929 – Edward Carpenter, poeta Ingliż (t. 1844)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Irenew ta' Lyon, ta' Sant'Attilju u ta' San Pawlu I, papa.
Avvenimenti
DegreePlus
Aġġornar tal-Wikipedija bil-Malti huwa study unit tad-DegreePlus offrut online mill-Università ta' Malta għal dawk li jridu l-Wikipedija tagħna tikber. Ser jingħataw lezzjonijiet fuq kif taġġorna l-Wikipedija, kif taġġorna l-Wikidata, u kif ittella stampi fuq il-Wikimedia Commons, kif ukoll xogħolijiet prattiċi li jgħinu t-tkabbir u t-titjib tal-Wikipedija bil-Malti, bl-appoġġ ta' Wikimedia Community Malta.
X'inhi l-Wikipedija?
Il-Wikipedija huwa proġett enċiklopediku kollaborattiv, universali, multilingwi u jaħdem abbażi tal-prinċipju wiki. L-għan ewlieni tal-Wikipedija huwa li tipprovdi kontenut ħieles, newtrali u verifikabbli, li kulħadd jista' jimmodifika u jtejjeb.
Il-proġett huwa definit skont il-ħames prinċipji fundamentali. Il-kontenut tiegħu huwa ppubblikat taħt il-liċenzja Creative Commons by-sa u jista' jiġi kkupjat u użat mill-ġdid taħt din l-istess liċenzja – anke għal skopijiet kummerċjali – bil-patt u l-kundizzjoni li dawn jirrispettaw il-kundizzjonijiet.
Parteċipazzjoni
- Trid tipparteċipa? Aqra r-regoli fundamentali u l-linji gwida, u rrispetta l-wikiketta; li tirreġistra huwa rakkomandat imma mhuwiex obbligatorju.
- Tixtieq tipprova? Żur il-paġna tal-provi u aqra kif tibda artiklu.
- Tixtieq tagħti donazzjoni? Il-Wikipedija hija kompletament b'xejn u mingħajr reklami bis-saħħa tad-donazzjonijiet tal-utenti. Għinna ntejbuha u nżommuha ħielsa b'donazzjoni.
- Agħti l-kontribuzzjoni tiegħek fid-diskussjonijiet biex intejbu l-Wikipedija u semma' leħnek fis-sondaġġi li jsiru.
- Iltaqa' mal-Wikipedjani waqt xi avveniment tal-Wikimedia Community Malta jew inkella fil-Pjazza, il-post fejn tista' ssaqsi u tikkummenta dwar l-mt.wiki.
Il-Wikipedija hi mmexxija mill-Fondazzjoni Wikimedia, fondazzjoni mingħajr fini ta' lukru, li tospita proġetti oħra b'kontenut ħieles u multilingwi.
CommonsRepożitorju ta' fajls multimedjali
WikizzjunarjuDizzjunarju u teżawru
WikitbietManwali u kotba ħielsa
WikibarijietFonti tal-aħbarijiet
WikikwotaĠabra ta' kwotazzjonijiet
WikisorsDokumenti ħielsa
WikispeċiDirettorju ta' speċi
WikiversitàMaterjal u attivitajiet għal tagħlim ħieles
WikidataRepożitorju ta' għarfien ħieles
Meta-WikiKoordinazzjoni tal-proġetti Wikimedia
WikivjaġġGwida għall-ivvjaġġar dinji
InkubaturGħal proġetti li għadhom fi stat ta' żvilupp
|