Xagħra United FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Xagħra United F.C.)
Xagħra United FC
Isem sħiħ Xagħra United Football Club
Fundazzjoni 1936
Grawnd Grawnd t'Għawdex, Xewkija
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Xagħra United Football Club hu klabb tal-futbol Għawdxi mill-villaġġ żgħir Xagħra. Il-klabb ġie fondat fl-1936 u huwa msemmi għar-raħal. Huma se jilagħbu l-istaġun 2011-2012 fl-Ewwel Diviżjoni, wara li saru ċampjins tat-2 Diviżjoni fl-istaġun 2010-2011. Il-kuluri tradizzjonali tal-klabb huma blu u iswed.

Logħba Storika[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar il-Ħadd fl-10 ta' filgħodu. f’Għawdex intlagħbet l-ewwel partita tal-istaġun bejn iż-żewgt timijiet Għawdxin, il-’Victoria Scouts’ u x-’Xaghħra Scouts’. Ir-Referì kien Mr. Thatcher. It-timijiet kienu mqassmin hekk: Victoria Scouts: Borġ; Micallef u Attard; Portelli; Attard-Bondi u Sagona; Camilleri, Cremona, Galea, Attard (k), u Bezzina. Xagħra Scouts: Rapa; Sultana u Cauchi; Buttigieg, Bajada u Cauchi (k); Debono, Żammit, Attard, Formosa u Debrincat.

L-Għolja tas-sold ġiet mirbuħa mix-Xagħrin, li għażlu favur ir-riħ. Ftit wara li ħarget id-daqqa r-Rabtin kienu se jiskurjaw, imma Rapa kien pront laqgħa l-ballun. Ir-Rabtin bdew jagħmlu telgħat sbieħ, u Galea kien ser jiskorja imma Sultana laqgħa l-ballun b’idu u b’hekk għamel penalti. Id-daqqa taha Galea li tafa l-ballun f’idejn l-gowler. Wara li sar dan il-penalti, iż-żewgt timijiet aktar qamu fuq tagħhom u x-Xagħrin kienu jiskurjaw li kieku Borġ ma kienx pront ħareg għall-ballun.

F’telgħa sabieħa li kellu Żammit dan kien ser jiskorja, imma b’xorti ħażina malli wasal hdejn il-lasti żelaq. Ix-Xagħrin bdew jagħmlu attakki u kienu Micallef u Attard li ma ħallewhomx jiskorjaw. X’ħin kien fadal ħames minuti għat-tmiem tal-ewwel taqsima sar kornet kontra x-Xagħra, imma dan safa bla ebda riżultat. Is-suffara tar-referì saffret tmiem l-ewwel taqsima, u r-riżultat sa issa kien għadu parita', 0-0.

Malli bdew t-tieni taqsima r-Rabtin għamlu ħarba sabieħa, imma malli Attard-Bondi ta' daqqa il-ballun mar barra l-lasti. Wara kwarta logħob il-ballun gie f’saqajn Galea, li dan kien pront qassmu lil Attard-Bondi, u li dan kien pront tefgħu bejn il-lasti u b’hekk gab it-tim tiegħu fuq ir-riħ b’gowl. Ix-Xaghrin b’gowl min taħt aktar bdew jistinkaw u għamlu bosta telgħat, imma kollha ġew sfrattati minn Micallef u Attard, iż-żewg difensuri mal-linji tar-Rabat. X’ħin kien fadal kwarta sabiex tispiċċa l-logħba, Cauchi weġgħa imma wara ftit reġa beda jilgħab. Ftit minuti wara s-suffara tar-Referì ħabbret tmiem il-loghba, fejn ir-riżultat kien: Victoria Scouts 1, Xagħra Scouts 0.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

L-Ewwel Diviżjoni ta' Għawdex:

  • Rebbieħa (6): 1963-1964; 1939-1940; 1988-1989; 1991- 1992; 1992-1993; 1997-1998

It-Tieni Diviżjoni ta' Għawdex:

  • Rebbieħa (6): 1961-62; 1968-69; 1971-72; 1978-79; 2003-04; 2010-2011

Tazza Għawdxija:

  • Rebbieħa (4): 1988-1989; 1991-1992; 1997-1998; 1998-1999;

Super Cup Għawdxija:

  • Rebbieħa (1): 1988-89

Tazza tal-Indipendenza:

  • Rebbieħa (3): 1988-89; 1990-91; 1991-92;

Knock Out tat-Tieni Diviżjoni ta' Għawdex:

  • Rebbieħa (3): 1961-62; 1971-72; 2003-04

Tazza Gemaherija:

  • Rebbieħa (4): 1987-88; 1988-89; 1990-91; 1992-93

Tazza Rothmans:

  • Rebbieħa (1): 1988-89

Tazza Esso:

  • Rebbieħa (1): 1972-73

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]