Walter Michael Ebejer
Walter Michael Ebejer (Ħad-Dingli, 3 ta' Awwissu 1929) huwa missjunarju Malti, professur u isqof irtirat tal-Knisja Kattolika. Mill-1977 sal-2007 kien Isqof ta' União da Vitória, il-Brażil.
Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]
Ebejer twieled Ħad-Dingli, Malta, fit-3 t'Awwissu 1929 lil Ġużeppi Ebejer u Marija Ġużeppa mwielda Cutajar. Hu daħal l-Ordni tad-Dumnikani u studja fil-Kulleġġ ta' San Tumas Aquinas, ir-Rabat, Malta, u kompla l-edukazzjoni tiegħu fir-Renju Unit. Fl-24 ta' Jannar 1954, Ebejer ġie ordnat saċerdot tal-Ordni Dumnikani fl-età ta' 24.[1] Fl-1956, hu ggradwa fil-filosofija u teoloġija mill-Kulleġġ ta' San Tumas Aquinas, ir-Rabat, u wara fl-1973, hu ggradwa u kiseb il-liċenzja fit-teoloġija summa cum laude mill-Angelicum f'Ruma.
Fl-1957, Ebejer mar il-Brażil bħala missjunarju fl-istat ta' Goiás. Mill-1961 sal-1969 ħadem xogħol pastorali fit-Tramuntana ta' Parana u kien is-superjur tal-Ordni Dumnikani ta' Malta mill-1969 sal-1973. Wara nħatar lekċerer fil-Università Kattolika Pontifikali ta' Parana u fl-Università Kattolika Studium Theologicum. Hu sar ukoll il-kappillan ta' Matinhos sal-1976.
Fl-1976 il-Papa Pawlu VI ħatar lil Ebejer bħala l-ewwel isqof tad-Djoċesi ta' União da Vitória. Fis-6 ta' Marzu 1977, hu ġie kkonsagrat isqof mill-Arċisqof Carmine Rocco, in-Nunzju Appostoliku għal Brażil f'dak iż-żmien. Wara 37 sena bħala ragħaj tad-djoċesi, Ebejer irtira fl-età ta' 77, f'Jannar 2007.[2]
L-Isqof Walter Ebejer jiġi ħu l-kittieb Francis Ebejer.