Aqbeż għall-kontentut

Valentyna Radzymovska

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Valentyna Radzymovska
Ħajja
Twelid Lubny, 1886
Nazzjonalità Ukrajna
Mewt Champaign (en) Translate, 22 Diċembru 1953
Familja
Missier Vasyl Yanovsky
Omm Lyubov Yanovska
Edukazzjoni
Alma mater Women's Higher Courses (Kyiv) (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni tabib
Impjegaturi Università Nazzjonali ta' Taras Shevchenko ta' Kiev

Valentyna Radzymovska (twieldet fl-1 ta' Ottubru 1886 – mietet fit-22 ta' Diċembru 1953) kienet riċerkatriċi Ukrena fil-oqsma tal-bijokimika u l-fiżjoloġija, kif ukoll attivista pubblika tal-moviment nazzjonali Ukren.

Ħajja bikrija u karriera

[immodifika | immodifika s-sors]

Valentyna twieldet f'Lubny f'familja ta' kittieba Ukreni. Ommha kienet Lyubov Yanovska.

Studjat fl-Università ta' San Pietruburgu, ir-Russja, bis-saħħa ta' permess speċjali mingħand l-Imperatur Russu Nicolas II, minkejja li n-nisa dak iż-żmien ma kinux jitħallew jistudjaw fl-università. Madankollu, ma tħallietx tistudja l-mediċina peress li ħadet sehem f'attività politika illegali li kienet tappoġġa r-rinaxximent nazzjonali Ukren. B'hekk fl-1904 kellha titlaq lejn Kiev fejn iggradwat mill-università fl-1913. Radzymovska ngħaqdet mal-persunal tal-presidenza tal-kimika fiżjoloġika taħt Oleksii Sadoven.

Fl-1924 ressqet it-teżi tad-dottorat tagħha u saret professur tal-bijokimika u tal-fiżjoloġija fl-Istitut Mediku u fl-Istitut Edukattiv tal-Poplu fi Kiev.

Iktar 'il quddiem fl-1930 ġiet arrestata mid-Direttorat Politiku tal-Istat Sovjetiku fuq akkużi politiċi fil-proċediment ġuridiku dwar l-Unjoni għal-Libertà tal-Ukrajna. Wara l-proċediment ġiet irrilaxxata mill-kustodja iżda xorta tkeċċiet mill-karigi tar-riċerka tagħha. Radzymovska rkuprat uħud mill-karigi f'nofs is-snin 30 tas-seklu 20. Fl-1939-1941 hija kienet professur tal-fiżjoloġija fl-Istitut Edukattiv ta' Melitopol.

Fl-1941 baqgħet fl-Ukrajna matul l-invażjoni u l-okkupazzjoni Ġermaniża. Kellha karigi fl-Istitut tal-Mediċina Klinika fi Kiev u kienet President fl-Università ta' Lviv. Fl-1943 marret tgħix il-Ġermanja u fl-1950 marret tgħix fl-Istati Uniti.

Hija mietet f'Illinois fit-22 ta' Diċembru 1953.

Kellha żewġ ulied: Olga u Eugene Radzymovsky. Eugene kien riċerkatur fl-inġinerija (1905-1975) u professur fl-Università ta' Illinois f'Urbana-Champaign mill-1959.

Xogħlijiet notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Krontovski, A. A.; Radzimovska, V. V. (1922). "On the influence of changes of concentration of the H• resp. OH′ ions on the life of the tissue cells of vertebrates". The Journal of Physiology. 56 (5): 275–282. ISSN 0022-3751.
  • Radzimowska, W. W.; Jazimirska, M. C. (1925). "Über die Bestimmung der Wasserstoffionen-Konzentration in Einzelnen Bakterienkolonien". Klinische Wochenschrift. 4 (2): 72–73. ISSN 0023-2173.