Theofanis Gekas
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Theofanis Gekas (Θεοφάνης Γκέκας) | ||
Twelid | 23 ta' Mejju 1980 Larissa | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.79 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Akhisar Belediyespor | ||
Numru | 17 | ||
Klabbs ġovanili | |||
1997–1998 | Toxotis | ||
1998 | Larissa | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1998–2001 | Larissa | 61 | (16) |
2001–2005 | Kallithea | 100 | (44) |
2005–2007 | Panathinaikos | 41 | (23) |
2006–2007 | → Bochum (self) | 32 | (20) |
2007–2010 | Bayer Leverkusen | 50 | (13) |
2009 | → Portsmouth (self) | 1 | (0) |
2010 | → Hertha BSC (self) | 17 | (6) |
2010–2012 | Eintracht Frankfurt | 48 | (23) |
2012 | Samsunspor | 11 | (8) |
2012–2013 | Levante | 4 | (0) |
2013– | Akhisar Belediyespor | 6 | (5) |
Tim nazzjonali | |||
2005– | Greċja | 68 | (27) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 16:47, 15 Ġunju 2013 (UTC) |
Theofanis Gekas (bil-Grieg: Θεοφάνης Γκέκας; Larissa, 23 ta' Mejju 1980) huwa futboler Grieg li jilgħab bħala attakkant mal-klabb Tork ta' Akhisar Belediyespor.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
Beda l-karriera tiegħu mal-Panathinaikos fejn f'41 logħba skorja 23 gowl. Mir-rebbiegħa tal-2006, it-tim Ġermaniż ta' Bochum beda juri interess fil-plejer, imma l-prezz tal-plejer għalihom kien wisq għoli u għażlu li jieħduh b'self għal sena għal somma ta' 300,000 ewro bl-għażla li jixtruh b'mod definittiv fl-aħħar tas-sena għal 700,000 ewro. Ma' Bochum skorja 20 gowl fl-istaġun 2006–07, l-aqwa skorer fil-Bundesliga.
F'April tal-2007 ġie akwistat minn Bayer Leverkusen għal 4 miljun ewro. Il-bidu tal-istaġun 2007–08 kien wieħed tajjeb, imma bil-mod il-mod spiċċa fil-marġini tat-tim immexxi mill-kowċ Michael Skibbe, li bdieh ħafna drabi mill-bank. Il-perjodu barra ta' Dmitri Bulykin, sarraf f'aktar spazju mal-ewwel ħdax għal Gekas u wasal biex skorja numru ta' gowls importanti fosthom dak li ta post lil Bayer Leverkusen fil-kwarti tal-finali tat-Tazza UEFA.
Nhar it-2 ta' Frar, 2009, ġie imsellef lit-tim ta' Tony Adams, Portsmouth, li ftit wara ġie mkeċċi minn xogħlu u postu ħadu Paul Hart. Ftit li xejn kien involut fil-logħob, fejn kellu jistenna xahrejn sabiex jilgħab l-ewwel partita tiegħu mal-klabb Ingliż.
Wara li skada l-perjodu tiegħu ma' Portsmouth, ir-ritorn lura lejn Bayern għall-istaġun 2009–10 ftit li xejn kien sodisfaċenti fejn niżel biss fil-grawnd sitt darbiet mingħajr ma jsib ix-xibka. Kien għal dawn ir-raġunijiet li fis-17 ta' Diċembru, 2009, ingħaqad b'self ma' Hertha Berlin sa tmiem l-istaġun.
F'Mejju tal-2010 iffirma kuntratt ta' sentejn mal-Eintracht Frankfurt.
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Theofanis Gekas iddebutta mat-tim nazzjonali Grieg fl-2005 meta ġie magħżul mill-kowċ Otto Rehhagel, u pparteċipa fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005 u fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008, fejn skorja 5 gowls. Gekas sar figura regolari fi ħdan it-tim nazzjonali Grieg, fejn spiċċa bħala l-aqwa skorer taż-Żona Ewropea fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, b'10 gowls.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Nies ħajjin
- Twieldu fl-1980
- Futbolers Griegi
- Plejers ta' Larissa FC
- Plejers ta' Panathinaikos
- Plejers ta' VfL Bochum
- Plejers ta' Bayer 04 Leverkusen
- Plejers ta' Portsmouth FC
- Plejers ta' Hertha BSC
- Plejers ta' Eintracht Frankfurt
- Plejers ta' Samsunspor
- Plejers ta' Levante UD
- Plejers ta' La Liga
- Plejers tal-Premier League
- Plejers tal-Fußball-Bundesliga