Aqbeż għall-kontentut

Terry L. Bencini

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Terry L. Bencini
Ħajja
Twelid Tas-Sliema, 18 Awwissu 1930
Nazzjonalità Malta
Mewt Tas-Sliema, 27 Ottubru 2024
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur
kantant
Post tax-xogħol Malta
Tip ta' leħen subrette

Terry L. Bencini M.Q.R. (twieldet fit-18 ta' Awwissu 1930 – mietet fis-27 ta' Ottubru 2024) kienet attriċi u kantanta Maltija.

Bencini kienet l-iżgħar minn 14-il aħwa, ulied Ġianni Bencini. Hija bdiet il-karriera tagħha f'kumpanija teatrali mmexxija minn Johnny Navarro u Charles Izzo, u aktar tard ingħaqdet mal-kumpanija Ribalta ta' Nosi Ghrilando.[1]

Fl-1948 hija saret membru regolari tal-kast tar-Radju Muskettieri fuq ir-Rediffusion, flimkien ma' Charles Clews, Armando Urso, Johnnie Catania u Ġemma Portelli. Hija damet taħdem f'dan il-programm għal 14-il sena, sal-bidu tas-snin sebgħin.[2]

Ħadmet ukoll diversi partijiet fuq il-palk, speċjalment xogħlijiet komiċi u operetti. Fost l-aktar popolari f'dan il-qasam tissemma l-favorita tagħha, Żeża tal-Flagship. Kienet magħrufa sew bħala kantanta versatili, tant li rebħet il-premju għall-aħjar kantanta fl-ewwel edizzjoni tal-Malta Song Contest fl-1960.[3]

Hija rtirat mix-xena pubblika fl-1993.[3] Fl-2007 Terry L. Bencini rċeviet il-Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika.[4]

Wara li miet ir-raġel tagħha, Maurice Lubrano, fl-2022, hija marret tgħix fir-residenza tal-anzjani The Imperial f'Tas-Sliema. Hemmhekk Bencini rebħet konkors tas-sbuħija, fl-eta ta' 92 sena.[2]

Terry u Maurice Lubrana kellhom tlett itfal, Massimo, Andreina u Vanya, disa' neputijiet, u erba' proneputijiet.[4] Bencini mietet f'Tas-Sliema nhar il-Ħadd is-27 ta' Ottubru 2024 fl-eta ta' 94 sena.[5]

  1. ^ "Terry L. Bencini, a stalwart of Maltese theatre, dies aged 94". Times of Malta (bl-Ingliż). 2024-10-27. Miġbur 2024-11-18.
  2. ^ a b Preca Taroum, Claire (2022-06-25). "Terry L Bencini – won a beauty contest at 92" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-11-18.
  3. ^ a b "Maltese stage icon Terry Bencini turns 90". Times of Malta (bl-Ingliż). 2020-08-19. Miġbur 2024-11-18.
  4. ^ a b Zammit, Frederick (29 Ottubru 2024). "L-aħħar tislima lil Terry L. Bencini tingħata għada f'Tas-Sliema". Newsbook (bil-Malti).
  5. ^ "Terry L. Bencini, stalwart of Maltese theatre, dies aged 94 - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2024-11-18.