Stanislav Šesták

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Stanislav Sestak)
Stanislav Šesták
Informazzjoni personali
Isem sħiħStanislav Šesták
Twelid16 ta' Diċembru 1982 (1982-12-16) (41 sena)
Demjata, Slovakkja
Tul1.80 m
RwolAttakkant
Mixtliet
FK Demjata
Karriera professjonali
SninKlabb
2000–2001Tatran Prešov
2002–2003Slovan Bratislava
2004–2007Žilina
2007–2011VfL Bochum
2010–2011Ankaragücü (self)
2011Bursaspor
2011–2014Bursaspor
2014–2015VfL Bochum
2015–2016Ferencváros
2017–2019Poprad
2019–?FK Demjata
Tim nazzjonali
2004–2016Slovakkja
Timijiet ikkowċjati
2021–2022Tatran Prešov

Stanislav Šesták (twieled fis-16 ta' Diċembru 1982) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Slovakk li kien jilgħab bħala attakkant.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Slovakkja[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel togħma ta' futbol professjonali Šesták irċivieha mill-klabb ta' Tatran Prešov. F'Diċembru tal-2001, ingħaqad ma' Slovan Bratislava, fost l-aqwa klabbs tal-pajjiż. Sentejn wara ġie ċedut lil Žilina fejn fl-ewwel sena tiegħu rebaħ il-kampjonat nazzjonali tal-2002–03. F'dak l-istaġun u ta' wara huwa spiċċa fir-raba' post fost l-iskorers (bi 13 u 17-il gowl rispettivament) u t-tieni fl-2006–07 bi 15-il gowl.

Bochum[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-7 ta' Ġunju 2007, Šesták għamel il-pass il-kbir u ffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Bochum li jimmilta fil-Bundesliga Ġermaniża. Id-debutt tiegħu wasal fil-11 ta' Awwissu fil-konfront kontra Werder Bremen li ntemmet 2–2 fejn anke skorja l-ewwel gowl tiegħu. Fit-tielet ġurnata tal-kampjonat, skorja l-gowl tal-vantaġġ kontra Amburgu fir-rebħa ta' 2–1. L-ewwel doppjetta tiegħu waslet fid-29 ta' Settembru kontra Norimberga. Hu temm l-istaġun bi 13-il gowl fejn spiċċa fil-ħames post tal-klassifika tal-aqwa skorers.

It-tieni staġun tiegħu fil-Ġermanja kien imtappan minn problemi fiżiċi. Wara bidu diskret b'żewġ gowls fi tmien partiti, fl-isfida kontra Stuttgart hu kiser is-subgħajn ta' saqajh u kellu jibqa' barra għal xahar. Meta rritorna rritorna għall-gowls kontra l-Hertha Berlin, u bi tripletta kontra Hoffenheim u doppjetta kontra Werder Bremen. Fis-7 ta' Marzu sofra minn tiċrita muskolari li ħallietu barra għal xi ġimgħat.

Fl-ewwel ġurnata tal-istaġun 2009–10 hu skorja t-tielet gowl li kompliet ir-rimonta fuq Borussia Mönchengladbach minn 3–0 minn taħt għal 3–3. Dak l-istaġun kellu jintemm fuq togħma qarsa hekk kif Bochum ġew relegati għall-2. Fußball-Bundesliga, b'Šesták jiskorja 6 gowls. Fit-tliet staġuni li għamel mal-klabb hu kien l-aqwa skorer tat-tim.

Turkija[immodifika | immodifika s-sors]

Għall-istaġun 2010–11, Šesták ingħaqad b'self ma' Ankaragücü fejn kien fost erba' plejers oħra Slovakki fl-iskwadra. L-ewwel gowl tiegħu wasal fit-22 ta' Awwissu 2010, kontra Manisaspor fir-rebħa ta' 3–0. Bil-mod il-mod fil-ġimgħat ta' wara beda jidħol fil-vena tal-gowls. Hu skorja gowl fir-rebħa ta' 4–2 kontra Galatasaray u gowl fit-tazza nazzjonali kontra Fenerbahçe f'konfront li ntemm 4–2. Fit-12 ta' Diċembru 2010, skorja doppjetta fil-kampjonat kontra Fenerbahçe hekk kif il-partita spiċċat 2–1. Fit-13 ta' Marzu 2011, skorja l-ewwel tripletta tiegħu fit-Turkija hekk kif għen biex Ankaragücü jegħlbu lil Galatasaray bl-iskor ta' 3–1.

Wara l-istaġun ta' self, ingħaqad b'mod definittiv ma' Bursaspor.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Mat-tim nazzjonali Slovakk iddebutta fl-2004. L-ewwel gowl tiegħu wasal fit-13 ta' Ottubru 2007 kontra San Marino, partita valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008. Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 hu skorja 6 gowls mit-22 tal-Islovakkja li għenu sabiex il-pajjiż jikkwalifika għall-fażi finali fl-Afrika t'Isfel. B'dan in-numru ta' gowls hu kien l-aqwa skorers tat-tim nazzjonali u s-sitt wieħed fost l-iskorers kollha f'din il-fażi. Fil-kompetizzjoni proprja hu lagħab tnejn mill-erba' partiti li t-tim lagħab.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

MŠK Žilina

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]