Gwerer Puniċi: Differenza bejn il-verżjonijiet
m r2.7.1) (Bot Żieda: oc:Guèrras Punicas |
m r2.7.2+) (Bot Bidla: it:Guerre romano-puniche |
||
Linja 37: | Linja 37: | ||
[[id:Perang Punisia]] |
[[id:Perang Punisia]] |
||
[[is:Púnversku stríðin]] |
[[is:Púnversku stríðin]] |
||
[[it:Guerre puniche]] |
[[it:Guerre romano-puniche]] |
||
[[ja:ポエニ戦争]] |
[[ja:ポエニ戦争]] |
||
[[ka:პუნიკური ომები]] |
[[ka:პუნიკური ომები]] |
Reviżjoni ta' 01:11, 15 Ġunju 2012
Il-Gwerer Puniċi kienu sensiela ta' tliet gwerer miġġielda bejn ir-Rumani u l-belt Feniċja ta' Kartaġni. Jissejħu "Puniċi" għax ir-Rumani baqgħu jirreferu għall-Kartaġiniżi bħala Feniċi, billi l-kelma bil-Latin għall-feniċju għanda l-għerq 'Puniceus'.
Il-kawża prinċipali ta' dawn il-Gwerer Puniċi kien il-kunflitt ta' interess bejn il-Kartaġiniżi u ir-Rumani, kawżat minħabba l-espansjoni ta' dawn iż-żewġ superpotenzi tal-Mediterran. Ir-Rumani kienu interessati ħafna fil-portijiet u l-kolonji Kartaġiniżi. Fil-bidu tal-Ewwel Gwerra Punika, Kartaġni kienet tiddomina l-Mediterran, b'imperu marittimu kbir ħafna, filwaqt li Ruma bdiet issir il-mexxejja tal-popli Latini fl-Italja. Fl-aħħar tat-Tielet Gwerra Punika, Ruma kienet rebħet l-imperu sħiħ tal-Kartaġiniżi u ħassret lill-belt ta' Kartaġni minn wiċċ id-dinja, biex b'hekk Ruma saret l-iktar nazzjon potenti fil-Mediterran.