Aqbeż għall-kontentut

Soccer City

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Soccer City
Lokalità Johannesburg, Afrika t'Isfel
Koordinati 26°14′5.27″S 27°58′56.47″E / 26.2347972°S 27.9823528°E / -26.2347972; 27.9823528Koordinati: 26°14′5.27″S 27°58′56.47″E / 26.2347972°S 27.9823528°E / -26.2347972; 27.9823528
Inawgurazzjoni 1989
Rinovazzjoni 2009
Espansjoni 2009
Operatur South African Football Association
Wiċċ Ħaxix
Spiża tal-kostruzzjoni Rand 3.3 biljun (USD $ 440 miljun)
Arkitett Boogertman & Partners, Populous
Kapaċità 91,141

Soccer City, magħruf preċedentament bħala FNB Stadium, huwa stadju li jinsab fiż-żona ta' Soweto f'Johannesburg, l-Afrika t'Isfel. Dan il-grawnd, li ġie inawgurat fl-1989, huwa wieħed mill-istadji prinċipali tal-federazzjoni tal-futbol Sud-Afrikana, b'91,141 post.

Kien f'dan il-post li sar l-ewwel diskors ta' Nelson Mandela f'Johannesburg wara l-ħelsien tiegħu mill-ħabs, u kif ukoll is-sit fejn sar il-funeral ta' Chris Hani.[1]

Il-grawnd ta' Soccer City għadda minn ristrutturazzjoni kbira minħabba t-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010, li kienet se ssir fl-Afrika t'Isfel. Dan ingħata disinn ġdid, ispirat minn borma tipikament Afrikana. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-istadju kibret minn 80,000 għal 91,141, biex sar l-ikbar stadju fil-kontinent Afrikan. Il-kostruzzjoni tkompla nhar il-21 ta' Ottubru 2009, u ġie mmarkat permezz ta' ċelebrazzjoni kbira fil-grawnd stess.

Dan huwa wieħed mill-għaxar stadji magħżula għal dan l-avveniment importanti, fejn fost il-ħafna partiti li se jospita, se jkun hemm il-partita inawgurali bejn l-Afrika t'Isfel u l-Messiku u l-finali tant mistennija tal-11 ta' Lulju 2010.

Tazza tad-Dinja 2010

[immodifika | immodifika s-sors]
Data Ħin (UTC+2) Tim 1 Riżultat Tim 2 Rawnd Attendenza
11 ta' Ġunju 201016.00 Afrika t'Isfel1–1 MessikuGrupp A (partita tal-ftuħ)84,490
14 ta' Ġunju 201013.30 Netherlands2–0 DanimarkaGrupp E83,465
17 ta' Ġunju 201013.30 Arġentina4–1 Korea t'IsfelGrupp B82,174
20 ta' Ġunju 201020.30 Brażil3–1 Kosta tal-AvorjuGrupp Ġ84,445
23 ta' Ġunju 201020.30 Gana0–1 ĠermanjaGrupp D83,391
27 ta' Ġunju 201020.30 Arġentina3–1 MessikuL-Aħħar Sittax84,377
2 ta' Lulju 201020.30 Urugwaj1–1 (4–2 pen.) GanaKwarti tal-finali84,017
11 ta' Lulju 201020.30 Netherlands0–1 SpanjaFinali88,493

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]