Siġra tal-ballut ta' Tamme-Lauri
Is-Siġra tal-ballut ta' Tamme-Lauri oak (bl-Estonjan: Tamme-Lauri tamm, bil-lingwa tal-Võros: Tammõ-Lauri tamm) hija siġra kbira tal-ballut fl-Estonja. Fil-fatt din is-siġra hija l-eħxen u l-eqdem siġra fl-Estonja u tinsab fil-Parroċċa ta' Antsla, il-Kontea ta' Võru.[1] Is-siġra hija għolja 17-il metru (56 pied) u għandha ċirkonferenza ta' 831 ċentimetru (327 pulzier), imkejla 130 ċentimetru (51 pulzier) mill-art. Skont ir-riċerkaturi, is-siġra tħawlet għall-ħabta tal-1326.[2]
Is-siġra tal-ballut intlaqtet kemm-il darba mis-sajjetti, u b'hekk ġarrbet ħsara fil-friegħi u żvujtat fiċ-ċentru tagħha. Matul ir-restawr fis-snin 70 tas-seklu 20, instabet moħba antika tal-Aħwa tal-Foresta fl-istess siġra. Saħansitra seba' persuni setgħu joqogħdu ġos-siġra qabel ma mtliet bi tmien tunnellati (18,000 libbra) ta' konkos rinfurzat.[3] Is-siġra għadha vijabbli, għalkemm tilfet il-parti ta' fuq tagħha minħabba s-sajjetti.
Isem is-siġra ġej mir-razzett ta' Tamme-Lauri, li min-naħa tiegħu ġab ismu mill-ispirtu li kien maħsub li kien jgħammar fis-siġra tal-ballut, u ġieli jġib xorti tajba u ġieli xorti ħażina. Dan l-ispirtu tan-nar kien magħruf bħala Laurits.
Is-Siġra tal-ballut ta' Tamme-Lauri ntużat fuq in-naħa ta' wara tal-karta tal-flus Estonjana tal-għaxar kroon. L-art fejn tinstab is-siġra nxtrat mill-Ministeru Estonjan għall-Ambjent fl-2006 u s-siġra tal-ballut ilha protetta mill-1939.
Is-Siġra tal-ballut ta' Tamme-Lauri ħadet sehem fil-kompetizzjoni tal-2016 tas-Siġra Ewropea tas-Sena bħala rappreżentant tal-Estonja, fejn ġiet irrakkontata l-ġrajja tal-leġġenda li s-siġra bdiet tikber minn parti minn karozzin li tkisser minn re Żvediż.[4]
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]-
Is-siġra tal-ballut fuq il-karta tal-flus Estonjana ta' għaxar kroon.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Keskkonnaportaal | Andmed & kaart". register.keskkonnaportaal.ee (bl-Estonjan). Miġbur 2023-04-03.
- ^ "Urvaste vald". web.archive.org. 2011-07-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-07-20. Miġbur 2023-04-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Vorumaa". web.archive.org. 2011-07-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-07-20. Miġbur 2023-04-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Tree of the year". www.treeoftheyear.org. Miġbur 2023-04-03.