Aqbeż għall-kontentut

Santiago de Querétaro

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Santiago de Querétaro
 Messiku
Amministrazzjoni
Stat sovranMessiku
State of MexicoQuerétaro
Municipality of MexicoMuniċipalità ta' Querétaro
Kodiċi postali 76000
Ġeografija
Koordinati 20°35′17″N 100°23′17″W / 20.5881°N 100.3881°W / 20.5881; -100.3881Koordinati: 20°35′17″N 100°23′17″W / 20.5881°N 100.3881°W / 20.5881; -100.3881
Santiago de Querétaro is located in Mexico
Santiago de Querétaro
Santiago de Querétaro
Santiago de Querétaro (Mexico)
Għoli 1,820 m
Demografija
Popolazzjoni 794,789 abitanti (2020)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni Is-SibtambUTCIs-Sibt
Kodiċi tat-telefon 442
Żona tal-Ħin UTC−6
bliet ġemellati Santiago, Orange (en) Translate, Holland (en) Translate, Yeosu, Caracas, Bakersfield, Santiago de Compostela, Cancun, Oaxaca de Juárez, Cancunu Yeosu
mqro.gob.mx

Santiago de Querétaro (pronunzja bl-Ispanjol: [sanˈtjaɣo ðe keˈɾetaɾo]; bl-Otomi: Dähnini Maxei), magħrufa sempliċement bħala l-Belt ta' Querétaro (bl-Ispanjol: Ciudad de Querétaro), hija l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-istat ta' Querétaro, fil-Messiku ċentrali. Tagħmel parti mill-makroreġjun ta' Bajío.[1] Tinsab 213-il kilometru (132 mil) fil-Majjistral tal-Belt tal-Messiku, 63 kilometru (39 mil) fix-Xlokk ta' San Miguel de Allende u 200 kilometru (120 mil) fin-Nofsinhar ta' San Luis Potosí.[2] Hija wkoll is-sede tal-muniċipalità ta' Querétaro, li hija maqsuma f'seba' distretti. Fl-1996, iċ-ċentru storiku ta' Querétaro tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Il-belt hi ċentru kummerċjali u ekonomiku b'saħħtu u ċentru vibranti tas-servizzi li qed jesperjenza rivitalizzazzjoni soċjali u ekonomika kontinwa. Dan kollu rriżulta f'livelli għoljin ta' migrazzjoni minn partijiet oħra tal-Messiku.[4]

Querétaro esperjenzat żvilupp industrijali u ekonomiku straordinarju minn nofs is-snin 90 tas-seklu 20. Iż-żona metropolitana ta' Querétaro għandha t-tieni l-ogħla Prodott Domestiku Gross pro capita fost iż-żoni metropolitani tal-Messiku b'US$20,000 wara Monterrey. Il-belt hija l-iktar belt li qed tikber malajr fil-pajjiż, u l-ekonomija tagħha hija bbażata fuq iċ-ċentri tat-teknoloġija informatika u tad-data, is-servizzi tal-loġistika, il-manifatturar u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, iċ-ċentri tas-sejħiet, l-industriji tal-karozzi u tal-makkinarju, u l-produzzjoni tal-kimiki u tal-prodotti tal-ikel. Ir-reġjun ta' Querétaro għandu agrikoltura li qed tikber malajr permezz tad-dwieli u jospita l-produttur famuż tal-inbid minn Spanja, Freixenet. Il-produzzjoni tal-inbid f'Querétaro issa hija t-tieni l-ikbar fil-Messiku wara r-reġjun ta' Baja California.

Diversi korporazzjonijiet internazzjonali ewlenin fl-oqsma ajruspazjali, tal-elettronika, tal-karozzi, tal-kimiki, tal-ikel u tal-finanzi għandhom il-kwartieri ġenerali nazzjonali tagħhom f'Querétaro.

Bil-lingwa Otomi l-belt tissejjaħ "Maxei" jew "Ndamaxei", li tfisser logħba tal-ballun jew il-logħba grandjuża tal-ballun rispettivament. Fil-Kodiċi ta' Mendocino, il-belt tissejjaħ Tlaschco jew Tlaxco, mill-kelma bin-Nahuatl għal logħba tal-ballun. Madankollu, Querétaro x'aktarx ġejja minn k'eri ireta rho, li tfisser "post tal-poplu l-kbir", speċjalment peress li matul iż-żminijiet tal-Azteki madwar 15,000 ruħ għexu hemmhekk. Querétaro għandha simbolu ġeroglifiku tal-Azteki li jirrappreżentaha peress li kienet provinċja tributarja. Fl-1655, il-belt ingħatat l-istemma mill-Kuruna Spanjola.[5]

Il-kelma Querétaro ġiet ivvutata minn 33,000 parteċipant bħala "l-isbaħ kelma fil-lingwa Spanjola", qabel ma ġiet approvata mill-Instituto Cervantes. Fit-terminoloġija Pre-Kolombjana, Querétaro litteralment tfisser "il-gżira tas-salamandri blu". Minkejja dan, studjużi oħra jissuġġerixxu li tista' tfisser il-"post tar-rettili" jew il-"post tal-blat ġgantesk".[6]

Querétaro għandha klima semiarida (BSh skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen) b'temperaturi miti s-sena kollha, għalkemm it-temperatura għolja medja f'Mejju tkun 30.7 °C (87.3 °F).[7] Il-biċċa l-kbira tal-preċipitazzjoni tinżel minn Ġunju sa Awwissu.

Data klimatika għal Querétaro
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 35.2

(95.4)

31.6

(88.9)

35.4

(95.7)

37.0

(98.6)

37.0

(98.6)

36.5

(97.7)

32.5

(90.5)

33.0

(91.4)

32.0

(89.6)

32.0

(89.6)

31.3

(88.3)

28.6

(83.5)

37.0

(98.6)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 23.0

(73.4)

24.6

(76.3)

27.6

(81.7)

29.5

(85.1)

30.7

(87.3)

29.2

(84.6)

26.9

(80.4)

26.8

(80.2)

25.7

(78.3)

25.9

(78.6)

24.9

(76.8)

23.5

(74.3)

26.5

(79.7)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 15.1

(59.2)

16.2

(61.2)

18.7

(65.7)

20.7

(69.3)

22.5

(72.5)

21.9

(71.4)

20.4

(68.7)

20.3

(68.5)

19.5

(67.1)

18.6

(65.5)

16.9

(62.4)

15.5

(59.9)

18.9

(66.0)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 7.1

(44.8)

7.8

(46.0)

9.8

(49.6)

12.0

(53.6)

14.3

(57.7)

14.6

(58.3)

13.9

(57.0)

13.7

(56.7)

13.3

(55.9)

11.2

(52.2)

8.9

(48.0)

7.5

(45.5)

11.2

(52.2)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −2.8

(27.0)

−1.8

(28.8)

0.5

(32.9)

2.6

(36.7)

1.9

(35.4)

4.5

(40.1)

4.4

(39.9)

8.6

(47.5)

5.6

(42.1)

1.8

(35.2)

−1.5

(29.3)

−1.5

(29.3)

−2.8

(27.0)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 15.3

(0.60)

8.8

(0.35)

3.6

(0.14)

15.2

(0.60)

42.8

(1.69)

95.4

(3.76)

130.8

(5.15)

84.9

(3.34)

70.1

(2.76)

40.4

(1.59)

9.9

(0.39)

10.3

(0.41)

527.5

(20.77)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) 2.8 1.8 0.8 2.4 6.5 9.7 11.5 8.5 7.5 4.9 2.4 1.9 60.7
Medja ta' jiem bil-borra (%) 50 46 42 43 47 55 60 60 61 58 54 54 53
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 241.8 237.7 268.4 264.2 252.1 208.5 213.8 225.1 210.7 235.3 231.5 213.6 2,802.7
Sors 1: Servicio Meteorológico Nacional[8]
Sors 2: Colegio de Postgraduados[9]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Kartolina tal-attrazzjonijiet ewlenin ta' Querétaro.

Fl-1996, iċ-ċentru storiku ta' Querétaro, magħruf ukoll bħala ż-żona monumentali storika, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3] Skont l-UNESCO, il-belt kolonjali antika ta' Querétaro tispikka peress li rnexxielha żżomm il-pjanta ġeometrika tat-toroq tal-konkwistaturi Spanjoli flimkien mas-sqaqien u mat-trejqiet iserrpu tal-kwartieri tal-Otomi. L-Otomi, it-Tarasco, iċ-Chichimeca u l-Ispanjoli għexu flimkien fil-paċi b'standards simili ta' għajxien, xi ħaġa tassew rari fi żmien meta l-indiġeni u l-Ispaniċi sikwit kienu sseparati minħabba differenza kbira fl-introjtu tagħhom u spiss kienu kontra xulxin f'partijiet oħra tan-nazzjon.

Din il-paċi u s-similarità tal-integrazzjoni soċjali fil-biċċa l-kbira hija attribwita għall-fatt li l-etniċitajiet indiġeni u l-Ispanjoli kisbu l-paċi ftit wara l-ewwel kuntatt bejniethom u t-tnejn iffunzjonaw tajjeb; l-indiġeni żammew is-sistemi ekonomiċi u soċjali tagħhom stess, filwaqt li l-Criollos operaw f'soċjetà separata iżda integrata fi ħdan il-belt.[10] Il-belt hija notevoli għall-bosta monumenti Barokki ċivili u reliġjużi elaborati tagħha mill-epoka tad-deheb tagħha fis-sekli 17 u 18. Fl-2008 ir-rivista National Geographic Traveler elenkat lil Querétaro bħala waħda mill-aqwa 15-il destinazzjoni storika fid-dinja.[11]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[3]

  1. ^ "Bajío, el nuevo milagro mexicano". t21.com.mx (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-04-02. Miġbur 2022-11-18.
  2. ^ "Santiago, Querétaro". www.elclima.com.mx (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-11-18.
  3. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Monuments Zone of Querétaro". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-18.
  4. ^ "Enciclopedia de los Municipios de México Querétaro". web.archive.org. 2011-07-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-18. Miġbur 2022-11-18.
  5. ^ "Enciclopedia". web.archive.org. 2011-07-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-18. Miġbur 2022-11-16.
  6. ^ "Querétaro y las otras cinco palabras favoritas del español". BBC News Mundo (bl-Ispanjol). 2011-06-18. Miġbur 2022-11-16.
  7. ^ Kottek, M.; J. Grieser; C. Beck; B. Rudolf; F. Rubel (2006). "World Map of the Köppen-Geiger climate classification updated". Meteorol. Z. 15 (3): 259–263.
  8. ^ "Normales climatológicas 1951-2010". web.archive.org. 2013-11-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-11-03. Miġbur 2022-11-16.
  9. ^ "archive.ph". archive.ph. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-02-21. Miġbur 2022-11-16.
  10. ^ "Explorando México". www.explorandomexico.com.mx. Miġbur 2022-11-18.
  11. ^ "Historic Destinations Rated - The List- National Geographic Traveler". web.archive.org. 2008-10-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-27. Miġbur 2022-11-18.