Salvador Dalí

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Salvador Dalí fl-1965

Salvador Domènec Felip Jacint Dalí i Domènech, Markiż ta' Púbol (Figueres, 11 ta' Mejju 1904Figueres, 23 ta' Jannar 1989) kien pittur Spanjol surrealista li ħadem ukoll bħala skultur, kittieb, fotografu, reġista, disinjatur u xeneġġjatur.

Dalí kellu ħila kien fil-pittura u fid-disinn[1], imma famuż ukoll għall-immagini suġġestivi u bizzarri tax-xogħlijiet surrealisti tiegħu. Is-sengħa pittorika tiegħu ġiet attribwita għall-influwenza li kellhom fuqu il-maestri tar-Rinaxximent[2][3]. Waħda mix-xogħlijiet l-aktar famużi tiegħu, Il-persistenza tal-memorja, pinġieha fl-1931. It-talent artistiku tiegħu, Dalí esprimieh f'bosta oqsma oħra, fosthom iċ-ċinema, l-iskultura u l-fotografija, fejn ikkollabora ma' artisti ta' kull settur.

Kien jattribwixxi "l-imħabba għal kull mhu indurat u eċċessiv, il-passjoni tiegħi għal-lussu u l-imħabba għall-ilbies orjentali"[4] għal "dixxendenza Għarbija", għax kien isostni li l-antenati tiegħu kienu ġejjin mill-Għarab ta' Spanja.

Dalí kien mogħni b'immaġinazzjoni kbira u kien iħobb l-imġiba stramba u grandjuża. Il-maniera eċċentrika tiegħu u l-imġiba diretta biex tattira l-attenzjoni tal-pubbliku xi minn daqqiet iżjed kienu jiġbdu aktar attenzjoni mill-arti tiegħu. Dan kien jinkwieta lil dawk li kienu japprezzaw l-arti tiegħu u jdejjaq lill-kritiċi.[5].

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Tfulija u żgħożija[immodifika | immodifika s-sors]

Salvador Dalí twieled fil-11 ta' Mejju 1904[6] fil-belt ta' Figueres, fir-reġjun tal-Alt Empordà fil-Katalonja, qrib il-fruntiera Franċiża[7]. Ħuh il-kbir, li ukoll kien jismu Salvador (twieled fit-12 ta' Ottubru 1901), miet bil-meninġite disa' xhur qabel, fl-1 ta' Awwissu 1903. Missieru, Salvador Dalí i Cusí, avukat u nutar[8], kien jemmen fid-dixxiplina, imma r-riġidità tiegħu kienet ittaffiha ommu, Felipa Domènech i Ferrés, li kienet tinkoraġġixxi l-aspirazzjonijiet artistiċi ta' binha[9].


Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ S. Dalí - M. Vescovo, Salvator Dalí: la vita è sogno, Electa, Milano, 1996.
  2. ^ Phelan, Joseph, The Salvador Dalí Show
  3. ^ Dalí, Salvador. (2000) Dalí: 16 Art Stickers, Courier Dover Publications. ISBN 0-486-41074-9.
  4. ^ Ian Gibson, The Shameful Life of Salvador Dalí, 1997, W. W. Norton & Company [1] Gibson skopra li "Dalí" (u l-varjanti tiegħu) hu kunjom mifrux ħafna fil-pajjiżi Għarab bħall-Marokk, it-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu. Min-naħa l-oħra, dejjem skont Gibson, il-familja ta' omm Dalí, il-familja Domènech ta' Barċellona, kellha nisel Lhudi.
  5. ^ Meisler, Stanley (April tal-2005). "The Surreal World of Salvador Dalí". Smithsonian.com. Smithsonian Magazine. [2]
  6. ^ Ċertifikat tat-twelid u Biografia ta' Dalí
  7. ^ Dalí, The Secret Life of Salvador Dalí, 1948, Londra: Vision Press, p.33
  8. ^ Llongueras, Lluís. (2004) Dalí, Ediciones B — Mexico. ISBN 84-666-1343-9.
  9. ^ Rojas, Carlos. Salvador Dalí, Or the Art of Spitting on Your Mother's Portrait, Penn State Press (1993). ISBN 0-271-00842-3.