Surrealiżmu

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Il-Mara u l-Għasfur (1982) ta' Joan Mirò

Is-Surrealiżmu huwa moviment kulturali li beda fil-bidu tal-għoxrinijiet, u huwa magħruf l-aktar għax-xogħolijiet tal-arti viżwali u l-kitbiet mill-membri tal-grupp.

Ix-xogħolijiet surrealistiċi jinkludu l-element ta' sorpriża, it-tqegħid ħdejn xulxin ta' oġġetti li ma jaqblux u n-non sequitur. Minkejja dan, bosta artisti u kittieba Surrealisti jaraw f'xogħolhom qabel xejn, l-espressjoni tal-moviment filosofiku, fejn ix-xogħolijiet huma artefatt. Il-mexxej André Breton kien ċar fl-istqarrija tiegħu li s-Surrealiżmu kien qabel kollox moviment rivoluzzjonarju.

Is-Surrealiżmu żviluppa mill-attivitajiet tad-Dadaistiċi fl-Ewwel Gwerra Dinjija u l-aktar ċentru importanti għall-moviment kienet Pariġi. Mill-għoxrinijiet 'il quddiem, il-moviment inxtered mad-dinja kollha u eventwalment affettwa l-arti viżwali, il-letteratura, il-films u l-mużika ta' ħafna pajjiżi u lsna ,il-prattika u l-ħsieb politiku kif ukoll t-teorija filosofika u soċjali.