Roman Kienast
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Roman Kienast | ||
Twelid | 29 ta' Marzu 1984 Saliżburgu | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.90 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | FK Austria Wien | ||
Numru | 42 | ||
Klabbs ġovanili | |||
1989–1999 | ASV Vösendorf | ||
1999–2002 | Rapid Wien | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2001–2004 | Rapid Wien Amateure | 13 | (11) |
2002–2006 | Rapid Wien | 55 | (12) |
2004–2005 | → SC Rheindorf Altach (self) | 6 | (4) |
2006–2009 | HamKam | 85 | (27) |
2008 | → Helsingborgs IF (self) | 12 | (3) |
2010–2012 | SK Sturm Graz | 48 | (24) |
2012– | FK Austria Wien | 13 | (2) |
Tim nazzjonali | |||
2007– | Awstrija | 10 | (1) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 17:55, 21 ta' Awwissu 2008 (UTC) |
Roman Kienast (Saliżburgu, 29 ta' Marzu 1984) huwa plejer tal-futbol Awstrijakk, attakkant tat-tim ta' FK Austria Wien u tat-tim nazzjonali Awstrijakk.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Kienast issieħeb fit-tim taż-żgħażagħ ta' Rapid Wien fl-età ta' 14-il sena. Huwa għamel id-debutt mat-tim tal-kbar fl-2002. Fiż-żewġ staġuni ta' wara, huwa għamel 24 apparenza fil-Bundesliga Awstrijaka, iżda ma skorja l-ebda gowl. Fl-2004, ġie misluf lil Rheindorf Altach, allura niżel jilagħab fl-Ewwel Diviżjoni Awstrijaka (it-tieni livell). Wara li skorja 4 gowls f'6 logħbiet, kien malajr issejjaħ lura ma' Rapid. Matul il-bqija tal-istaġun huwa għamel 21 dehra mat-tim ta' Vjenna, u finalment irnexxielu jiskorja l-ewwel gowl tiegħu fil-Bundesliga. L-istaġun spiċċa fil-glorja għat-tim hekk kif rebaħ it-titlu tal-kampjonat.
Eżatt qabel il-bidu tal-istaġun 2006, Kienast mar b'self mal-klabb Norveġiż ta' Hamarkameratene (Ham-Kam). Wara prestazzjonijiet konvinċenti matul l-ewwel nofs tal-istaġun Ham-Kam iddeċidew li jixtruh. Madankollu, ma rnexxielux jipprevjeni lit-tim milli jaqa' għal dak l-istaġun. Fl-istaġun ta' wara, Ham-Kam ġew promossi lura għall-Premier League Norveġiż, b'Kienast jilgħab parti integrali fil-kampanja billi jiskorja 14-il gowl.[1]
Mis-27 ta' Mejju, 2008, Kienast ma skorjax matul l-istaġun 2008 fir-rimonta ta' Ham-Kam għat-tiġrija lura lejn l-ogħla livell.
Fil-31 ta' Lulju 2008, Kienast ġie trasferit ma' Helsingborgs IF ta' Allsvenskan fl-Iżvezja fuq self għall-bqija tas-sena bl-għażla li jixtruh.
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Kienast huwa plejer regolari fl-iskwadra Awstrijaka u s'issa lagħab 6 darbiet għal pajjiżu. Huwa skorja l-ewwel gowl tiegħu mat-tim tal-kbar fis-27 ta' Mejju f'logħba ta' ħbiberija kontra n-Niġerja. Wara dik il-logħba, il-kowċ Josef Hickersberger għażlu fl-iskwadra finali għall-Kampjonati Ewropej tal-2008.[2]
Ħajja personali[immodifika | immodifika s-sors]
Roman huwa bin l-eks-plejer ta' Rapid Wien, Wolfgang Kienast u n-neputi tal-eks-futboler Awstrijak internazzjonali Reinhard Kienast.
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
- Bundesliga: 2005
- Bundesliga: 2011
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- (NO) Profil fuq il-websajt ta' Hamarkameratene
- Statistika – National Football Teams