Qabru
| Qabru | |
|---|---|
|
| |
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Saltna | Animalia |
| Phylum | Arthropoda |
| Klassi | Malacostraca |
| Ordni | Decapoda |
| Familja | Potamidae |
| Ġeneru | Potamon |
| Speċi | Potamon fluviatile |
| sottospeċi | Potamon fluviatile lanfrancoi ,
|
Il-Qabru huwa endemiku għal ċerti postijiet fil-Gżejjer Maltin. Dan il-granċ huwa rari ħafna u l-popolazzjoni tiegħu qiegħda tinżel minħabba fit-tniġġis tal-ilma, nuqqas ta' ilma fin-nixxiegħa u minħabba il-qbid tiegħu mill-bniedem.[1]
Karatteristiċi
[immodifika | immodifika s-sors]Il-qabru huwa krustaċju u għandu kulur griż u aħdar b'xi postijiet bl-isfar u l-oranġjo.
Abitat
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Qabru jinstab fejn l-ilma ħelu imma jgħix ukoll ħdejn l-għadajjar u l-fwawar f'postijiet bħall-Imtaħleb, Baħrija u San Martin f'Malta u l-Lunzjata f'Għawdex.
Meta jiġi mhedded, il-Qabru jistaħba taħt il-ġebel, ġo l-ilma, bejn il-pjanti, jew billi jidħol ġol-ħofor li jħaffer fit-tajn jew fit-tafal. Dawn il-ħofor jistgħu jkunu fondi 50ċm. Parti mill-ħofra normalment ikollha xi ftit ilma.[1]
Ikel
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Qabru huwa karnivoru u jiekol annimali żgħar bħall-marżebba. Il-Qabru normalment jiekol wara l-għabex.[1]