Pál Maléter
Pál Maléter | |||
---|---|---|---|
3 Novembru 1956 - 4 Novembru 1956 ← Károly Janza (en) - Ferenc Münnich (en) → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Prešov, 4 Settembru 1917 | ||
Nazzjonalità | Ungerija | ||
L-ewwel lingwa | Ungeriż | ||
Mewt | Budapest, 16 Ġunju 1958 | ||
Post tad-dfin |
301, iċ-Ċimiterju Pubbliku l-Ġdid Ċimiterju Pubbliku l-Ġdid ta' Budapest | ||
Kawża tal-mewt | piena kapitali (tgħalliq) | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater |
Università Karlu ta' Praga : mediċina Università ta' Eötvös Loránd (1938 - : mediċina Ludovica Military Academy (en) (1940 - | ||
Lingwi | Ungeriż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
uffiċjal militari politiku | ||
Premjijiet | |||
Servizz militari | |||
Fergħa militari | Armata Rjali Ungeriża | ||
Grad |
Ġeneral Maġġur Ġeneral Kurunell | ||
Iġġieldu |
It-Tieni Gwerra Dinjija Rivoluzzjoni Ungeriża tal-1956 |
Pál Maléter (twieled fl-4 ta' Settembru 1917 – miet fis-16 ta' Ġunju 1958) kien il-mexxej militari tar-Rivoluzzjoni Ungeriża tal-1956.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Maléter twieled f'familja Ungeriża f'Eperjes, belt fil-Kontea ta' Sáros, fit-Tramuntana tal-Ungerija Storika, illum il-ġurnata Prešov, is-Slovakkja. Huwa studja mediċina fl-Università ta' Karlu, f'Praga, qabel ma mar jgħix f'Budapest fl-1938, u attenda l-akkademja militari hemmhekk. Huwa ġġieled fil-Front tal-Lvant tat-Tieni Gwerra Dinjija għall-Assi, sa ma nqabad mill-Armata l-Ħamra. Huwa sar Komunista, tħarreġ fis-sabotaġġi, iġġieled kontra l-Ġermaniżi fit-Transilvanja u reġa' ntbagħat lura fl-Ungerija, fejn sar magħruf għall-kuraġġ u għall-qlubija tiegħu. Fl-1945 huwa ngħaqad mal-Partit Komunista Ungeriż.
Fl-1956 huwa kien Kurunell u serva mal-Persunal Ġenerali f'Budapest, meta matul ir-Rewwixta Ungeriża ntbagħat jissostitwixxi unità fil-barrakki ta' Kilian flimkien ma' xi tankijiet u fil-kumpanija ta' xi uffiċjali kadetti. Madankollu, it-tank ta' Maléter biss wasal fil-barrakki, u bil-permess tas-superjuri tiegħu, huwa qabel għal tregwa mill-isparar mal-gruppi ta' insorġenti fl-inħawi. Iktar 'il quddiem (ma hemmx qbil fuq iż-żmien preċiż) huwa qaleb man-naħa tal-insorġenti, u għenhom jiddefendu l-Barrakki ta' Kilian kontra t-truppi Sovjetiċi. Huwa kien l-iżjed membru prominenti tal-militar Ungeriż li qaleb in-naħat, u li sar alleat mal-insorġenti, minflok baqa' mal-gvern Komunista ta' Ernő Gerő.
Bħala l-preżenza militari ewlenija man-naħa tal-insorġenti, huwa kkuntattja l-gvern il-ġdid u fid-29 ta' Ottubru, huwa nħatar bħala l-Ministru għad-Difiża, u ġie promoss għal Ġeneral Maġġur fit-2 ta' Novembru. Fit-3 ta' Novembru, huwa mar lejn Tököl, qrib Budapest, biex jinnegozja mal-forzi militari Sovjetiċi bbażati hemmhekk. Matul id-diskussjonijiet li saru l-għada, u kontra d-dritt internazzjonali, l-uffiċjali Sovjetiċi arrestaw lil Maléter fil-konferenza u tefgħuh il-ħabs.
Huwa ġie ġustizzjat, flimkien ma' Imre Nagy u oħrajn, f'ħabs f'Budapest fis-16 ta' Ġunju 1958 bl-akkużi ta' tentattiv ta' kolp kontra r-Repubblika Popolari Ungeriża. L-ewwel mara u t-tlett itfal tiegħu marru lejn l-Istati Uniti malli faqqgħet ir-rewwixta, u t-tieni mara tiegħu baqgħet fl-Ungerija. Iż-żewġ nisa tiegħu sussegwentement reġgħu żżewġu. Ibnu, Pál Maléter II (twieled fl-1946 – miet fl-4 ta' Jannar 2017),[1] tħarreġ u ngħata l-edukazzjoni fl-Iskola ta' Hotchkiss u fl-Università ta' Columbia qabel ma sar arkitett fid-Dipartiment tal-Affarijiet tal-Veterani tal-Istati Uniti.[2][3]
F'Ġunju 1989, fl-anniversarju tal-mewt tagħhom, Imre Nagy, Pál Maléter, tlieta oħra li kienu mietu l-ħabs u tebut vojt ieħor, bħala simbolu għal dawk kollha li kienu mietu, ġew formalment midfuna mill-ġdid f'Budapest bl-unuri kollha. Maléter ġie promoss ukoll għal Ġeneral Kurunell wara mewtu.
Kultivar ta' varjetà nana tas-siġra taż-żnuber issemmiet għalih. Maléter kien magħruf għat-tul kbir tiegħu; skont l-istoriku Victor Sebestyen, Maléter kien "twil iktar minn żewġ metri", jew mill-inqas sitt piedi u tmien pulzieri (203 ċentimetri).[4]
Iktar qari
[immodifika | immodifika s-sors]- Sebestyen, Victor (2006). Twelve Days: The Story of the 1956 Hungarian Revolution. New York: Pantheon. pp. xix. ISBN 0-375-42458-X.
- Durschmied, Erik (2004). Unsung Heroes: The Twentieth Century's Forgotten History-Makers. Hodder & Stoughton. Kap. X. ISBN 0-340-82520-0.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Pal Maléter II | Memory Project". memoryproject.online. Miġbur 2024-06-16.
- ^ Trade, United States Congress House Committee on Ways and Means Subcommittee on (1983). Presidential Recommendation to Continue Waivers Applicable to Romania, Hungary, and the People's Republic of China, and to Extend the Trade Act Waiver Authority: Hearing Before the Subcommittee on Trade of the Committee on Ways and Means, House of Representatives, Ninety-eighth Congress, First Session, July 14, 1983 (bl-Ingliż). U.S. Government Printing Office. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ "Obituaries". Columbia College Today (bl-Ingliż). 2017-07-06. Miġbur 2024-06-16.
- ^ Victor Sebestyen (2006), Twelve Days: The Story of the 1956 Hungarian Revolution, ISBN 030727795X, p. 130.