Piero Soderini
Piero di Tommaso Soderini (Firenze, 18 ta' Mejju 1452 – Ruma, 13 ta' Ġunju 1522) kien politiku Taljan u statista tar-Repubblika ta' Firenze.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Soderini twieled f'familja antika Fjorentina li tat numru ta' politiċi lill-belt u li kienet saret famuża fil-mediċina. Ħuh, Paolo Antonio Soderin, kien statista u sostenitur ta' Savonarola. It-tielet ħuh kien il-Kardinal Francesco Soderini, isqof ta' Volterra. Fl-1481 hu kien Prijur tal-belt, u aktar tard sar favorit ta' Piero di Lorenzo de' Medici, fejn mingħandu rċieva l-unur ta' Ambaxxatur tar-Renju ta' Franza fl-1493. Hu ġiet elett gonfaloniere għal ħajtu fl-1502 mill-Fjorentini, li xtaqu li jġibu iktar stabbilità lill-istituzzjonijiet repubblikani, li ġew restawrati wara t-tkeċċija ta' Piero de' Medici u l-eżekuzzjoni ta' Savonarola.
It-tmexxija ta' Soderini kienet waħda moderata u għaqlija, għalkemm ma kellux kwalitajiet ta' statista kbir. Minflok il-merċenarji barranin, huwa introduċa sistema ta' milizzja nazzjonali. Matul il-governanza tiegħu, il-gwerra twila ma' Pisa spiċċat bil-kisba ta' din il-belt mill-Fjorentini fl-1509. Niccolò Machiavelli, awtur ta' Il Principe u Discorsi sopra la prima deca di Tito Livio, serva taħtu bħala l-kanċillier u l-ambaxxatur għal Cesare Borgia, Ruma u Franza. Minkejja li Macchiavelli għall-bidu kellu rispett kbir lejn Soderini, l-attitudni tiegħu nbidlet bl-avvenimenti li ġraw li wasslu għall-waqgħa ta' Soderini.
Grat għal Franza li dejjem tagħtu daqqa t'id, Soderini dejjem ħa n-naħa ta' Franza fil-politika Taljana. Imma fl-1512, il-Medici irritornaw lura Firenze bl-għajnuna tal-armata papali, neħħiet lil Soderini, u tefgħetu f'eżilju. Hu għex f'Orašac (qrib Dubrovnik) fid-Dalmazja, fejn baqa' hemmhekk sal-elezzjoni tal-Papa Ljun X, li sejjaħlu lura Ruma u tah diversi favuri. Soderini għex Ruma għall-kumplament ta' ħajtu u ħadem għat-tajjeb ta' Firenze, liema belt ma tħalliex jirritorna aktar.
Hu miet f'Ruma fl-1522.