Aqbeż għall-kontentut

Paul P. Borg

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Paul P. Borg
Ħajja
Twelid Ħal Balzan, 16 Ottubru 1949 (76 sena)
Nazzjonalità Malta
L-ewwel lingwa Malti (mul) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Lingwi Malti (mul) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
għalliem
poeta
rumanzier
Premjijiet

Paul P. Borg (Ħal Balzan, 1949) huwa awtur prolifiku Malti u għalliem tax-xjenza u fiżika fl-iskola ta' San Andrea l-Imġarr, Malta. Għex f’B’Kara, imma qatta’ parti kbira minn tfulitu jiġri fil-beraħ ta’ Selmun fejn tgħallem jikber, jgħix u jirrispetta l-ambjent. Borg huwa poeta, rumanzier u ħareġ kotba fuq is-snajja' Maltin.


Ġabriet ta' novelli

[immodifika | immodifika s-sors]


Beżgħat (1986)

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel ġabra ta' novelli tal-awtur, huma miktubin madwar nies li għandhom xi singularita' fil-karattru. Dan jissuġġerixxi lin-novellier li dawn il-karattri jistgħu jirreaġixxu b'mod partikolari li jagħti lill-awtur ħjiel li jista' jutilizza fin-narrazzjoni tiegħu. Aħna u naqraw dawn in-novelli, nistgħu nġarrbu l-esperjenzi ta' "Beżgħat" u nirrealizzaw li xi wħud mill-karattri li ħoloq okkupaw post prominenti f'moħħ l-awtur. Għalkemm dawn in-novelli jidhru maqtugħin wieħed mill-ieħor, xorta jżommu bejniethom rabta li tgħaqqadhom fi storja twila waħda.

Demgħat (2002)

[immodifika | immodifika s-sors]

Ġabra ta' novelli li fihom l-awtur jaqbad ċerti inċidenti mill-ħajja ta' kuljum madwarna u jlaqqa' ċerti individwi, jara u jgħarbel u joħroġ minn dawn l-inċidenti ċerti sitwazzjonijiet li mbagħad jirrifletti fuqhom. F'dawn in-novelli, l-awtur joħroġ is-sengħa tas-sempliċita'. F'din il-ġabra ta' disa' novelli nsibu ġrajjiet umani li jirriflettu s-soċjeta' marida ta' żminijietna.

Stejjer minn Wied Għarbiel (2005)

[immodifika | immodifika s-sors]

Ġabra ta’ novelli fuq il-qirda ta’ l-ambjent f’kull tifsira tiegħu, dik ukoll li tagħtina identité, u tan-nuqqas tas-soċjetà li tiddefendi sewwa kemm l-ambjent kif ukoll l-identità għal ġid tagħha stess.

Sunset at Mistra Valley

[immodifika | immodifika s-sors]

23 novella bl-Ingliż miktubin fl-istil tipiku ta’ Borg: l-attenzjoni minuzzjuża għal dak li l-ħin kollu għaddej minn moħħ il protagonist, ix-xewqat u l beżgħat li jġarrab, l-ilsien u l-istil li jirrifletti direttament in-nixxiegħa tal kuxjenza li spiss tmiss l-istat tat thewdin. Bħala temi jaħkmu fuq kollox dawk ambjentali u soċjali (iż-żwieġ, l-abort, imma anki s-suwiċidju, id-diżabbiltá fiżika).

Kitbiet Oħra

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Selmun u l-Inħawi (1989). Tifkira ta’ tagħrifiet, ġrajjiet u drawwiet ta’ soċjetà rurali f’Selmun u li llum m’għadhiex teżisti. Xogħol ta’ riċerka bbażat fuq intervisti man-nanniet ta’ l-awtur, u ma’ bdiewa xjuħ.
  • Minn Fuq għal Isfel (1991). Kitba ta’ protesta kontra l-qirda ambjentali. Tirrakonta l-ġrajja ta’ bniedem idealist li jiġġieled b’mod vjolenti kontra min ried jeqridlu l-ambjent.
  • Selmun - A story of Love (1996). Tissokta r-riċerka dwar Selmun, mhux biss bħala villaġġ qadim mimli bil-bdiewa, imma dwaru bħala ambjent li tilef lill-bidwi għalkollox u rebaħ lit-turist.
  • Kelinu Vella Haber u l-Moviment tal-Malti (2002). Dak kollu li seħħ lill-Baruni Vella Haber u l-Moviment tal-Malti li kien ħoloq f’nofs is-seklu l-ieħor. Il-ġrajja hi mqegħdha fi sfond kemm storiku kif ukoll soċjali sewwa sew biex fl-istess waqt ikun hemm tagħrif ħaj tal-ħajja Maltija matul perijodu diffiċli.
  • Qari Malti (2002). Sensiela ta’ ġrajjiet miktubin għat-tfal ta’ l-iskejjel sekondarji, biex jissaħħaħ it-tagħlim tal-Malti, u l-kultura Maltija.
  • Snajja’ u Xogħol il-Maltin (v.1 2000, u v.2, 2001) huma ġabra ta’ tagħrif etnografiku importanti, dwar xogħlijiet, snajja’ u drawwiet qodma bħala dokument uniku tal-ġrajja soċjali u kulturali tal-Gżejjer Maltin.
  • Nismagħhem Jgħidu
  • Quest for Identity – the Mellieħa experience

Rikonoxximenti

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Il-Midalja tad-Deheb Farsons (1975) bin-novella Moħħ u Moħħ.
  • il-Premju Letterarju Konkors Bugelli għar-Rumanzi (1981), bir-rumanz dal-lejl ġie alla;
  • il-Premju Phoenicia għal-Letteratura (1986) bil-ktieb Bejn Mara u Qassis;
  • l-aħjar rumanz Konkors Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer (1990) bir-rumanz Għeluq,
  • l-aħjar dramm Konkors Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer (1994), bid-dramm Dubbiena Kukkużejt
  • il-Premju Letterarju għar-Rumanzi (1999) bir-rumanz Ċikku Fenech
  • il-Premju Letterarju għall-kitba mhix fittizja (2003) bil-ktieb Kelinu Vella Haber u l-Moviment tal-Malti.
  • il-Premio Gianfranco Merli per l’Ambiente (2010) mill-Assoċjazzjoni nazzjonali Taljana għall-protezzjoni tal-ambjent, il-Movimento Azzurro. Il-premju jingħata kull sena lil għaqdiet jew individwi li jiddistingwu rwieħhom bix-xogħol tagħhom biex jipproteġu l-ambjent u l-wirt nazzjonali, kemm naturali kif ukoll kulturali. Borg ġie rikonoxxut għall-ħidma tiegħu b’risq il-konservazzjoni u d-difiża tal-ġmiel naturali tal-ambjent tal-gżejjer Maltin. L-awtur Malti ġie wkoll imfaħħar għax-xogħol etnografiku tiegħu biex ma jintilfux u ma jintesewx snajja’ qodma u tradizzjonijiet popolari li jagħtu identità lill-Maltin.
  • Midalja Qadi tar-Repubblika (2014)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]