Opossum irqiq ta' Pinheiro

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum irqiq ta' Pinheiro
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill, 1872)
Familja: Didelphidae
(Gray, 1821)
Sottofamilja: Didelphinae
(Gray, 1821)
Ġeneru: Marmosops
(Matschie,1916)
Speċi: M. pinheiroi
Isem binominali
Marmosops pinheiroi
(Pine,1981)
Firxa tal-Opossum irqiq ta' Pinheiro

L-Opossum irqiq ta' Pinheiro (Marmosops pinheiroi) huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae, fl-ordni Didelphimorphia u huwa wieħed mill-opossumi irqaq nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Dan l-opossum irqiq arborju jew tas-siġar (Nowak, 1999), b'abitudni notturni, ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali u tropikali umdi. Hu huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tiegħu tikkonsisti minn frott u insetti varji. Il-Marmosops pinheiroi huwa speċi b'distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa mal-Brażil, il-Gujana, il-Gujana Franċiża u l-Veneżwela. L-ewwel darba li ġie skopert xjentifikament kien instab fl-inħawi ta' Amapá, Rio Amapari, fl-istat ta' Serra do Navio (0°59'N, 52°03'W) fil-Brażil.

Klassifikazjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Marmosops pinheiroi, Marmosops bishopi u Marmosops juninensis għal żmien twil kienu meqjusin bħala sottospeċi u b'hekk jirrapreżentaw l-istess speċi Marmosops parvidens. Dan sakemm ġie skopert li M. pinheiroi u M. parvidens jghixu simpatrikament (flimkien fl-istess lokalita) fil-Gujana Franċiża.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]