Aqbeż għall-kontentut

Opossum irqiq ta' Junin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Marmosops juninensis)
Opossum irqiq ta' Junin
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Didelphinae
Ġeneru: Marmosops
(Matschie,1916)
Speċi: M. juninensis
Isem binominali
Marmosops juninensis
(Tate,1931)
Firxa ta' l-Opossum irqiq ta' Junin Marmosops juninensis

L-Opossum irqiq ta' Junin jew kif jissejjaħ ukoll Opossum ġurdien irqiq ta' Junin, magħruf xjentifikament bħala Marmosops juninensis, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.

Dan l-opossum irqiq, huwa marsupjal arborju jew tas-siġar (Nowak,1999), u ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali.

L-Opossum irqiq ta' Panama, huwa marsufjal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati żgħar varji.

Distribuzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

l-opossum irqiq Marmosops juninensis għandu distribuzjoni żgħira fil-kontinent ta' Amerika ta' isfel u jinsab mifrux fil-Peru biss u huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż. L-ewwel darba li ġie skopert xjentifikament kien instab f' Utcuyacu bejn Tarma u Chanchamayo, f' Junín, fil-Perú.

Klassifikazjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Marmosops pinheiroi, Marmosops bishopi u Marmosops juninensis għal żmien twil kienu meqjusin bħala sottospeċi u b' hekk jirrapreżentaw l-istess speċi Marmosops parvidens, sakemm ġie skopert li M. pinheiroi u M. parvidens jghixu simpatrikament (flimkien fl-istess lokalita) fil-Gujana Franċiża.

"Marmosops parvidens juninensis" huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Marmosops juninensis ta' Tate, 1931.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]