Aqbeż għall-kontentut

Opossum irqiq delikat

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum irqiq delikat
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill, 1872)
Familja: Didelphidae
(Gray, 1821)
Sottofamilja: Didelphinae
(Gray, 1821)
Ġeneru: Marmosops
(Matschie, 1916)
Speċi: M. parvidens
Isem binominali
Marmosops parvidens
Firxa tal-opossum irqiq delikat

L-opossum irqiq delikat jew opossum ġurdien irqiq delikat, magħruf xjentifikament bħala Marmosops parvidens, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Dan l-opossum irqiq arborju jew annimal li jgħix il-biċċa l-kbira tal-ġurnata fis-siġar, ta' abitudni notturna (annimal li jilħaq il-quċċata tal-attività tiegħu f'xi ħin bejn inżul ix-xemx u t-tlugħ tagħha), ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat kemm ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali, kif ukoll foresti tropikali umdi, f'elevazzjonijiet varji.

L-opossum irqiq delikat huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħra.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Marmosops parvidens huwa speċi b'distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa mal-Brażil, il-Gujana, il-Gujana Franċiża, il-Kolombja, il-Peru, is-Surinam u l-Venezwela. L-ewwel darba li ġie skopert xjentifikament kien instab fil-Lvant ta' Demerara, fil-Punent tal-kosta Berbice, f'Hyde Park, 30 mil 'il fuq tax-xmara Demerara.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Marmosops pinheiroi, Marmosops bishopi u Marmosops juninensis għal żmien twil kienu meqjusin bħala sottospeċi u b'hekk jirrapreżentaw l-istess speċi Marmosops parvidens, sakemm ġie skopert li M. pinheiroi u M. parvidens jghixu simpatrikament (flimkien fl-istess lokalità) fil-Gujana Franċiża.

  • Am. Mus. Novit. 493; 13.
  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Nowak, Ronald M. Walker's Mammals of the World (bl-Ingliż). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-5789-9.
  • Id-Databażi Palebijoloġika
  • Infonatura

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]