Oldřich Nejedlý
Dan l-artiklu dwar persuna u l-isport huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Nejedlý fl-1934 | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 26 ta' Diċembru 1909 Žebrák, Imperu Awstro-Ungeriż | ||
Mewt | 11 ta' Ġunju 1990 (80 sena) Rakovník | ||
Tul | 1.74 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1920–1924 | Spartak Zebrak | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1924–1925 | Czechoslovan Kosire | ||
1925–1926 | Spartak Zebrak | ||
1926–1931 | SK Rakovník | ||
1931–1941 | Sparta Prague | ||
1941–1950 | SK Rakovník | ||
1950–1956 | Spartak Zebrak | ||
Tim nazzjonali | |||
1931–1939 | Ċekoslovakkja |
Oldřich Nejedlý (twieled fis-26 ta' Diċembru 1909 – miet fil-11 ta' Ġunju 1990) kien plejer tal-futbol Ċek li qatta' l-maġġoranza tal-karriera tiegħu jilgħab ma' Sparta Prague bħala attakkant. Ikkunsidrat bħala fost l-aqwa plejers taċ-Ċekoslovakkja ta' kull żmien,[1] hu kien l-aqwa skorer fit-Tazza tad-Dinja tal-1934.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Nejedlý lagħab ma' Sparta Prague matul il-karriera tiegħu, u skorja 162 gowl f'187 logħba tal-kampjonat. Hu rebaħ erba' titli tal-ogħla diviżjoni Ċeka u t-Tazza Mitropa fl-1935.
Mat-tim nazzjonali Ċek, Nejedlý ħa sehem fis-snin tletin fit-Tazza tad-Dinja tal-1934 u tal-1938. Fl-1934, kien l-aqwa skorer b'ħames gowls u ngħatatlu ż-Żarbuna tad-Deheb,[a] filwaqt li fl-edizzjoni tal-1938 skorja żewġ gowls. Is-seba' gowls f'sitt logħbiet jagħmluh l-aqwa skorer f'isem iċ-Ċekoslovakkja fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.[2] F'din l-aħħar edizzjoni hu kiser saqajh li wasslitu biex itemm il-karriera internazzjonali tiegħu.
Nejedlý miet ta' tmenin sena, fl-1990.
Noti
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Għall-bidu l-FIFA irrikonoxxiet erba' gowls biss ta' Nejedlý, li xorta waħda kienu jagħmluh l-aqwa skorer però kien jinqasam ma' Angelo Schiavio tal-Italja u Edmund Conen tal-Ġermanja. Madanakollu, f'Novembru tal-2006, il-gowls taċ-Ċekoslovakk ġew mibdula għal ħamsa, biex għamluh l-aqwa skorer waħdieni.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Planicka, il portiere dell'impossibile" (bit-Taljan). La Stampa. 1935-10-26.
- ^ "American Bert Patenaude credited with first hat trick in FIFA World Cup™ history" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-11-16. Miġbur 2022-09-09.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Oldřich Nejedlý fuq National-Football-Teams.com
- (CZ) Oldřich Nejedlý fuq FAČR