Aqbeż għall-kontentut

Naryn-Kala

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Naryn-Kala.

Naryn-Kala (bir-Russu: Нарын-кала) hija ċittadella tal-qedem ta' qabel żmien l-Għarab, li tagħmel parti mill-fortizza ta' Derbent, u li hija kkollegata mal-Baħar Kaspju permezz ta' swar doppji maħsuba biex jimblukkaw l-hekk imsejħa bibien tal-Kaspju li jagħtu għall-istat Persjan.[1][2][3] Iċ-Ċittadella, il-Belt Antika u l-Binjiet tal-Fortizza ta' Derbent tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003.[4]

Waħda mit-traduzzjonijiet ta' isem "Naryn-Kala" mill-Persjan Nofsani għar-Russu hi "Fortizza Xemxija". Skont sorsi oħra, l-isem "Naryn" ingħata f'ġieħ bint ix-Shah Persjan, u jfisser "ħelwa", "sabiħa".

Naryn-Kala tinsab fil-quċċata tal-għolja li hija l-iktar qrib il-Baħar Kaspju. Il-mogħdija tul il-kosta ġiet imblukkata minn żewġ swar paralleli tal-fortizza (is-swar ta' Derbent), li jingħaqdu maċ-ċittadella fil-Punent, u li jibqgħu sejrin sal-baħar fin-naħa tal-Lvant, u b'hekk il-fortizza ma setgħetx tiġi attakkata meta l-ilma kien ikun baxx, u fl-istess ħin il-ħitan jiffurmaw port għall-kenn tal-bastimenti.[5] Bejn is-swar spazjati 350–450 metru lil hinn mill-belt Medjevali ta' Derbent. Lejn il-Punent taċ-ċittadella, il-ħajt tal-muntanja (Dagh-Bary) kien estiż għal 40 kilometru, bil-ħsieb li jevita li l-fortizza tiġi attakkata tul il-widien u l-mogħdijiet muntanjużi. Minkejja l-età tagħha, il-fortizza kellha rwol difensiv importanti għal sekli sħaħ. Is-sidien il-ġodda reġgħu bnewha u rinnovawha, u għalhekk illum il-ġurnata wieħed jista' jittraċċa l-istorja kollha ta' Derbent mill-kostruzzjoni tagħha.

Iċ-ċittadella b'għamla irregolari tkopri erja ta' 4.5 ettari, b'wisgħa ta' 180 metru u b'tul ta' 255 metru; is-swar huma ffortifikati b'torrijiet żgħar (b'distanza ta' 20–30 metru minn xulxin) u b'turretta bil-kanuni fil-Lbiċ. Ix-xaqlibiet weqfin tal-muntanja jipprovdu protezzjoni addizzjonali minn tliet naħat.

Fi ħdan iċ-ċittadella hemm banjijiet, sistema tal-provvista tal-ilma tal-fortizza magħmula bil-pajpijiet taċ-ċeramika, il-fdalijiet tal-palazz tax-Shah, portal kbir tad-daħla u parti mis-swar. Hemm diversi opinjonijiet dwar l-eżistenza ta' knisja Kristjana bikrija tas-sekli 4 u 5, l-eqdem fir-Russja.[6] Il-kamra bil-koppla f'għamla ta' salib titqies minn xi esperti li kienet repożitorju; oħrajn jinnotaw in-nuqqas ta' passaġġ tal-ilma fil-qiegħ u l-art tal-istruttura, minflok nofsu taħt l-art jew taħt l-art, u jqisu l-forma tal-inkonvenjent għall-kostruzzjoni ta' ġibjun, li ġeneralment kienet rettangolari jew kwadra f'Derbent, u jinnotaw ukoll l-orjentazzjoni tal-istruttura lejn il-punti kardinali. Kull swar għandu tliet daħliet u l-eqdem waħda minnhom hija l-Orta Cana (id-Daħla tan-Nofs).[7]

Permezz tas-swar b'saħħithom bi ħxuna ta' 3.5-2.5 metri (11.48-8.2 piedi) u b'għoli ta' 20–25 metri (65.62-82.02 pied) f'xi postijiet, il-fortizza kienet kapaċi tirreżisti għal assedju qawwi u fit-tul.[8]

Derbent tinsab fl-iżjed post strateġikament vulnerabbli tal-Mogħdija Muntanjuża tal-Kaspju, fejn il-Muntanji l-Kbar tal-Kawkasu huma l-eqreb tal-baħar, u tħalli biss medda dejqa unika ta' 3 kilometri ta' pjanura. Il-Fortizza ta' Derbent hija parti minn sistema difensiva kbira li pproteġiet il-popli tat-Transkawkasu u tal-Punent tal-Asja mill-invażjonijiet tan-nomadi mit-Tramuntana. Is-sistema kienet tinkludi s-swar, iċ-ċittadella, il-fortifikazzjonijiet u l-ħajt mal-muntanja ta' Dagh-Bary.

Mill-Punent, is-swar ta' Derbent jingħaqdu maċ-ċittadella ta' Naryn-Kala, li nbniet wara s-seklu 10, u qabel kien jinxtegħel nar biex jissinjala li kien qed joqrob xi għadu.

Il-fortizza kif inhi llum inbniet fis-seklu 6 tul il-fondoq ta' Dzhalgan skont l-ordni tal-mexxej Persjan Khosrov I Anushirvan (531-579) tad-dinastija tas-Sassanidi.

Mis-735, Derbent u Naryn-Kala saru ċentru militari-amministrattiv tal-Kaliffat Għarbi f'Dagestan, kif ukoll l-ikbar port kummerċjali u ċ-ċentru tat-tifrix tal-Iżlam fl-inħawi.

Bħala riżultat tal-kampanja militari tal-Kaspju, il-belt ta' Derbent saret parti mill-Imperu Russu. Mill-moħba, li issa hija attrazzjoni lokali, l-Imperatur Pietru l-Kbir mar lejn il-palazz tal-Khan, u l-mexxejja ta' Derbent tawh l-imfietaħ tal-belt fuq gabarre tal-belt miksi b'tessut Persjan (li huwa maħżun fil-Kunstkamera ta' San Pietruburgu).[9]

F'xi sorsi, il-fortizza ta' Derbent kienet imsejħa l-"ħajt ta' Alessandru Manju"[10] minħabba t-twemmin fil-leġġenda li kienet inbniet mill-konkwistatur.[11] Iżda Alessandru Manju qatt ma mar fejn id-daħliet ta' Derbent.[12]

Matul l-ispedizzjoni Persjana tal-1796, il-fortizza reġgħet ittieħdet mit-truppi Russi taħt it-mexxija tal-Ġeneral Kap Valerian Zubov, li stabbilixxa l-kwartieri ġenerali fiċ-ċittadella.[13]

L-iskavi arkeoloġiċi għadhom għaddejjin fit-territorju tan-Naryn-Kala.[14] Illum il-ġurnata s-sit huwa attrazzjoni importanti tal-belt ta' Derbent u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-Ċittadella, il-Belt Antika u l-Binjiet tal-Fortizza ta' Derbent ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003.[4]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[4]

  • Bestuzhev-Marlinsky A. A. Letters from Dagestan. Monograph. — M.: Direct-Media, 2011.
  • Vagabov M. M., Tyurin R. F. Experience in the use of objects of historical and cultural heritage of the state historical and architectural art museum-reserve "Naryn-Kala" in the educational process // Humanitarian information portal "Knowledge. Understanding. Skill". - 2016. - No. 1.
  • Kudryavtsev A. A. Ancient Derbent. Monograph. — M.: Nauka, 1982.
  • Kudryavtsev A. A. The great city in the Caspian. Derbent in the era of feudalism. Monograph. - Makhachkala: Dagknigoizdat, 1982.
  • Kudryavtsev A. A. Derbent is 5000 years old. Monograph. 1989.
  • Kudryavtsev A. A. Feudal Derbent. Monograph. 1993.
  1. Khan-Magomedov, Selim Omarovich (1958). Derbent (bir-Russu). Gosudarstvennoe Izdatelʹstvo Literatury po Stroitelʹstve, Arkhitekture i Stroitelʹnym Materialam. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  2. Shikhabudin Mikailov. Dagestan in photographs. Moments of history. Epoch, 2012. p. 464 - (Dagestan. Triumph and tragedy). ISBN 9785457879478.
  3. 100 most beautiful places in Russia. - M.: Eksmo, 2013. pp. 36-98. ISBN 9785457545762.
  4. 1 2 3 4 Centre, UNESCO World Heritage. "Citadel, Ancient City and Fortress Buildings of Derbent". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-05-01.
  5. Alekseev Yu. V., Somov G. Yu. Objects of cultural heritage. Volume 1 and 2. Textbook. Prospect, 2015. p. 662. ISBN 9785392197484.
  6. New era of old Derbent // Moskovsky Komsomolets. 2014. July 21 (No. 154). p. 6.
  7. Trever, Camilla Vasilievna. Essays on the history and culture of Caucasian Albania: IV century BC - 7th century AD. USSR Academy of Sciences, Moscow-Leningrad, 1959. p. 419.
  8. "Большое золотое - Цитадель "Нарын-Кала" г. Дербент". bigring.ru. Miġbur 2024-05-01.
  9. Vasily Potto. From ancient times to Yermolov. Caucasian war. In 5 volumes. Tsentrpoligraf, 2006. Vol. 1. p. 528 p. 3000 copies. ISBN 5952421059.
  10. Mohammed Muslimovich Kurbanov. The soul and memory of the people: the genre system of Tabasaran folklore and its historical evolution. Dagestan book. publishing house, 1996. p. 232.
  11. Boris Nikolaevich Rzhonsnitsky, Boris Yakovlevich Rosen. E. Kh. Lenz. Thought, 1987. pp. 95-152.
  12. Barmankulov M.K. Turkic universe. Bilim, 1996. pp. 62-248.
  13. Alexey Shishov. Order of Saint George. All about the most honorable award of the Russian Empire. — M. Yauza, Eksmo, 2013. pp. 227-745. ISBN 9785457595934.
  14. Nikolay Protsenko. Very respectable hero of the day. Expert South. 2014. No. 1-2. pp. 50-52.