Muxrabija
Il-Muxrabija (bl-Għarbi: maxrabija; plural: muxrabijet) hija element tipiku tal-arkitettura vernakulari Maltija. Tikkonsisti f'folja tal-injam imżejna, b'xibka kkomplikata ta' toqob, qisha kannizzata, imwaħħla sewwa f'tieqa jew loġġa[1] li tisporġi mill-faċċata tal-bini, ġeneralment fuq il-bieb prinċipali jew mal-ġenb tiegħu.[2] Jeżistu wkoll muxrabijiet minquxin fil-ġebel.
Il-muxrabija hija magħrufa wkoll bħala "nemmiesa", "xerriefa" u f'Għawdex bħala "kixxiefa" jew "lkixxijìja" u "ġlusija" (probabbilment mill-Franċiż jalousie).[3]
Il-muxrabijet u r-rundelli (motivi tondi skolpiti fuq faċċati tal-bini) huma l-uniċi żewġ karatteristiċi tal-arkitettura vernakulari Maltija li joħorġu direttament mill-kultura Għarbija. Il-muxrabija hija karatteristika tipika tal-Mediterran, li l-eqdem dokument tagħha jmur lura għas-seklu 7 fil-Lvant Nofsani. L-eqdem muxrabijet li għadhom jeżistu f'Malta jmorru lura għall-1300-1400.
Il-muxrabija tinbena bl-intenzjoni li żżomm l-intern tal-bini frisk billi tippermetti ċ-ċirkolazzjoni tal-arja mill-injam imnaqqax. Fi żminijiet oħra kienet tintuża wkoll biex tkessaħ il-ħażna tal-ilma, kif ukoll bħala miżura ta' sigurtà biex jiġi osservat barra mingħajr ma jidher min hemm ġewwa.[4]
Lista ta' muxrabijet f'Malta
[immodifika | immodifika s-sors]- Triq Tal-Karmnu, ir-Rabat, Għawdex
- Sqaq il-Qajjied, Siggiewi
- 84, Triq Santu Rokku, Birkirkara - Dar Ċensu Borg (Brared), muxrabija tal-ġebel bi stil dekorattiv.
- Ta' Għammar, Għawdex
- Triq Il-Knisja, Għarb
- Triq Doni, ir-Rabat, Malta
- Ta' Monita, Wied il-Għajn
Iktar qari
[immodifika | immodifika s-sors]- Joe Azzopardi, "A Survey of the Maltese Muxrabijiet (Part 2)", VIGILO - DIN L-ART HELWA, Ottubru 2012.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Micara, L.; Petruccioli, A.; Vadini, E. (2016). The Mediterranean Medina: International Seminar. Gangemi Editore. p. 76. ISBN 9788849290134. Miġbur 2019-11-24.
- ^ Cassar, G. (2014). Qrendi: Its People and Their Heritage. Qrendi Local Council. ISBN 9789995785000. Miġbur 2019-11-24.
- ^ "One of Malta's unique Arabic windows, the Muxrabija, will get a deserved restoration". maltatoday.com.mt. Miġbur 2019-11-24.
- ^ "The Muxrabija Window - Culture Malta Culture Malta". culturemalta.org. Miġbur 2019-11-24.