Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/6 ta' Jannar
6 ta' Jannar:
- 1494 – Ġiet iċcelebrata l-ewwel quddiesa fid-Dinja l-Ġdida f'La Isabela, Hispaniola.
- 1907 – F'Ruma, Maria Montessori fetħet l-ewwel skola tagħha u ċentru ta' kura għat-tfal tal-klassi tal-ħaddiema.
- 1978 – Il-Kuruna ta' San Stiefnu (magħrufa wkoll bħala l-Kuruna Mqaddsa tal-Ungerija) intraddet lura lill-Ungerija mill-Istati Uniti, fejn kienet inżammet wara t-Tieni Gwerra Dinjija.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1412 – Ġwanna ta' Arc, qaddisa u eroina nazzjonali ta' Franza (data leġġendarja) (m. 1431)
- 1832 – Gustave Doré, inċiżur Franċiż (m. 1883)
- 1872 – Alexander Scriabin, kompożitur Russu (m. 1915)
Mietu f'dan il-jum...
- 1852 – Louis Braille, Franċiż għalliem tal-għomja u inventur tal-Braille (t. 1809)
- 1884 – Gregor Johann Mendel (stampa), genetiku Awstrijak (t. 1822)
- 1918 – Georg Cantor, matematiku Ġermaniż (t. 1845)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Kristjaneżmu tal-Punent jiċċelebra l-festa tal-Epifanija (Il-Miġja tas-Slaten Maġi).