Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/2 ta' Diċembru
Dehra
2 ta' Diċembru:
- 1804 – Fil-Katidral ta' Notre Dame f'Pariġi, Napuljun Bonaparti nkuruna ruħu Imperatur tal-Franċiżi.
- 1942 – Il-Proġett Manhattan: Grupp immexxi minn Enrico Fermi beda l-ewwel reazzjoni nukleari f'katina awtosostenibbli.
- 1961 – F'diskors imxandar lin-nazzjon, il-mexxej Kuban Fidel Castro ddikjara li huwa kien Marksist-Leninist u li Kuba kienet sejra tadotta l-Komuniżmu.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1859 – Georges Seurat (stampa), pittur Franċiż (m. 1891)
- 1891 – Otto Dix, pittur u artista grafiku Ġermaniż (m. 1969)
- 1923 – Maria Callas, soprano Griega (m. 1977)
Mietu f'dan il-jum...
- 1594 – Gerardus Mercator, kartografu Fjamming (t. 1512)
- 1814 – Il-Markiż de Sade, kittieb Franċiż (t. 1740)
- 1950 – Dinu Lipatti, pjanista Rumen (t. 1917)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Santa Bibanja.