Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/26 ta' Lulju
Dehra
26 ta' Lulju:
- 1581 – Il-Pajjiżi l-Baxxi ta' Fuq iddikjaraw l-indipendenza mir-re Spanjol, Filippu II.
- 1788 – New York irratifikat il-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti u sar il-11-il stat tal-Istati Uniti.
- 1936 – Il-Qawwiet tal-Assi ddeċidew li jindaħlu fil-Gwerra Ċivili Spanjola.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1782 – John Field, kompożitur Irlandiż (m. 1837)
- 1856 – George Bernard Shaw (stampa), drammaturgu Irlandiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura (m. 1950)
- 1875 – Carl Jung, psikjatra Żvizzeru (m. 1961)
Mietu f'dan il-jum...
- 1941 – Henri Lebesgue, matematiku Franċiż (t. 1875)
- 1952 – Eva Perón, politikanta Arġentina (t. 1919)
- 1984 – George Gallup, statistiku Amerikan pijunier fil-kejl tal-opinjoni (t. 1901)
Kommemorazzjonijiet...
Fil-Kuba jiċċelebraw Jum ir-Rivoluzzjoni. Fil-Liberja u fil-Maldivi jiċċelebraw Jum l-Indipendenza. Fl-Indja jiċċelebraw il-Vijay Divas. Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Anna u San Ġwakkin.